Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 95
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
M’hemmx li tgħaddi
Jonathan Balzan
Lid-dinja għarkupptejha
tallaba-karraba niżżilt,
mill-għani sal-fqir.
Nistħajlek
bħall-anġlu tal-mewt
fil-jiem tal-dliem
għaddej minn fuqna,
jinfiltra mix-xquq fil-fili
jeqred b’ħila krudili.
Is-skiet kiber bl-imwiet,
bħal dwejqatna inkonsolabbli.
Ħarbattilna l-orarju,
noħolmu maħsuda
f’żerniq bla bruda.
X’jiswew bwietna mimlija
quddiem din l-epidemija?
Baħħ: fit-toroq u l-ibliet
ħlief int tonsobni
u jien f’dil-logħba noli
infittex li nibqa’ mistoħbi.
25.3.20
Wie˙ed mill-iskopijiet tal-festa
hu li naraw fiex a˙na
f’din il-lealtà tag˙na
lejn it-tag˙lim ta’ San Pawl
93