Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 93

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Messaġġ mill-President tal-Għaqda tal-Pawlini Mario Cassar Għeżież ħbieb Pawlini, Nibda billi nawguralkom il-festa t-tajba. Din is-sena, minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-festa f’Ħal Safi se tkun fuq skala iżgħar mis-soltu, iżda jiena ċert li l-imħabba lejn Missierna l-Appostlu San Pawl u l-ħeġġa tagħkom lejn il-festa għadhom jaħarqu bħalma dejjem kienu. Dan iż-żmien li fih qegħdin ngħixu b’din il-pandemija għandu jkun utli għalina biex nagħmlu ftit brainstorming aktar mis-soltu dwar kif nistgħu nsebbħu l-festi tradizzjonali tagħna. Hu żmien li fih nistgħu noħorġu b’ideat aktar innovattivi biex in-nies issir tħobb aktar il-festi tagħna l-Maltin. Hu wkoll żmien biex naħdmu fuq armar ġdid u aktar restawr ta’ armar antik. Jiena ċert li jekk Alla jrid, il-festi tradizzjonali Maltin, matul is-sena d-dieħla, se niċċelebrawhom bil-kbir biex inpattu għannuqqas ta’ din is-sena. Iż-żmien tal-pandemija nissel fina ċerta biża’ kkawżata minn inċertezza dwar il-futur u dwar saħħitna. Dan iżżmien ressaqna aktar viċin Alla u l-qaddisin protetturi tagħna. Jiena ċert, li bħali, intom kellkom fidi qawwija fl-interċessjoni ta’ Missierna l-Appostlu San Pawl. Dan iż-żmien uriena li d-devozzjoni tagħna lejn San Pawl mhijiex biss devozzjoni tal-festi, iżda hi devozzjoni sinċiera u vera. Lil Missierna l-Appostlu San Pawl nibqgħu nitolbuh biex iżommna taħt il-protezzjoni tiegħu. F’dan l-istess spirtu se jkun qiegħed isir il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Missierna l-Appostlu San Pawl fit-toroq ta’ Ħal Safi. Aħna l-Pawlini Beltin qed inħarsu ’l quddiem biex ningħaqdu magħkom f’dan il-pellegrinaġġ storiku biex nirringrazzjaw lil San Pawl li żgur kien u għadu jżommna taħt il-ħarsien tiegħu. Fl-aħħar nett, f’isem l-Għaqda tal-Pawlini, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nawguralkom ilkoll il-festa t-tajba. Nibqgħu nitolbu għal xulxin biex bl-interċezzjoni ta’ Missierna l-Appostlu San Pawl, noħorġu minn dan iżżmien b’wiċċ il-ġid u s-sena d-dieħla nagħmlu l-festi kif inhu xieraq. 43, Triq il-Bronja, Ûurrieq – Malta Tel: (+356) 21647647 • Mob: (+356) 7944 4082 E-mail: [email protected] www.johnnyholidays.com 91