Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 9
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Catherine Zahra, Pauline Zammit, Anna Busuttil
Bankun ġdid tal-Forċini għall-Istatwa titulari ta’ San Pawl,
xogħol Silvio Pace ta’ Ħal Qormi, li jikkumplimenta l-Bradella
u l-Bankun xogħol Emanuel Buhagiar. Rigal mill-Parroċċa liddevoti
Pawlini, fis-sena li fakkret il-175 sena tax-xbieha ta’ San
Pawl fostna (2019).
Dwar is-simboliżmu:
Il-Chi Ro hija waħda mill-eqdem simboliżmi tal-Knisja u hija
magħmula mill-ewwel żewġ ittri tal-kelma Griega ΧΡΙΣΤΟΣ
(Kristu) sovrapposti. Intużat għall-ewwel darba mill-armata
ta’ Kostantinu u saret parti mill-insigna tal-Imperu Ruman.
Fl-antikwità narawha bħala simbolu tas-salib, imdawra bilgirlanda,
tissimbolizza r-rebħ fuq il-mewt. Mas-snin intużat biex
timmarka arti oħra sagra u postijiet sagri bħal oqbra tal-martri u
lwogi simili. (Ritratt: Alexis Callus)
7