Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 89
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Is-Sala tal-Mużika
Is-Soċjetà Każin Banda San Pawl Safi dejjem
kellha l-ħsieb li timbotta ’l quddiem it-tagħlim
tal-mużika. Sa mit-twaqqif tal-banda fl-1989, is-
Soċjetà bdiet toffri lill-aljievi tagħha t-tagħlim
tal-mużika u l-istrument bla ħlas. Fl-2018 is-
Soċjetà applikat għal fondi taħt l-iskema 19.2
– Sub-Measure 2 – Strengthening a Healthy
Cultural identity bl-iskop li tiġi aġġornata u
rrinovata s-sala prinċipali tal-mużika.
Wara li l-applikazzjoni ġiet aċċettata beda
xogħol fuq is-sala. L-ewwel pass kien li s-sala
titkaħħal, tinkesa u tinżebagħ mill-ġdid. Saru
wkoll points ġodda għad-dawl biex tkun iktar
komda fl-użu varju tas-sala. Is-saqaf sarlu coving
biex jagħti dehra aktar eleganti. Kienet installata
wkoll sistema ġdida ta’ dawl. Ġew meħjuta sett
ta’ purtieri xogħol Tessie Magri għal mat-twieqi
u l-bibien tal-gallarija. Inxtraw żewġ speakers,
mixers, microphones u stands għall-użu tas-sala.
Twaħħal ukoll il-granit tat-taraġ li jagħti għal fuq il-bejt sabiex ikompli jikkumplimenta mat-tisbieħ ta’ din is-sala.
Ġie installat ukoll r-railing tat-taraġ għal aktar sigurtà.
Parti sostanzjali mill-ispiża ġiet koperta b’finanzjament mill-Unjoni Ewropa taħt skemi mnedija mill-Fondazzjoni
Gal Xlokk.
87