Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 85
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Bandalori kollha lwien…
u pavaljuni!
Fil-jiem tal-festa tas-sena l-oħra wieħed seta’ jammira
aktar mis-soltu d-drappijiet tal-festa fejn sar sforz kbir
biex dawn jitwaħħlu fit-toroq kollha fejn hemm armar
bħal dan. Grazzi lil tal-Armar u ż-Żgħażagħ li jkunu fuq
ta’ quddiem biex dawn isiru, kif ukoll ir-residenti tattoroq
li joħorġu jagħtu l-għajnuna.
Mill-Arkivji Nazzjonali
L-artal tal-Kappella tal-isptar Santu Spirtu meta kien
jintuża bħala sptar, illum is-sede tal-Arkivji Nazzjonali
fir-Rabat (Malta). Hemm evidenza li tal-anqas fl-1496
kien hawn kappella li kienet imbierka f’dik is-sena. Nafu
li fl-1544, kienet tintuża bħala dormitorju. Maż-żmien
saru għadd ta’ bidliet u lapida tfakkar il-bini tal-kappella
ta’ llum fl-1688. Il-pittura tal-altar hija ta’ Manuel
Perreira (c 1693) u turi l-inkurunazzjoni tal-Madonna,
San Pawl u l-Granmastru Gregorio Carafa. Fuq ix-xellug
hemm San Ġwann il-Battista, il-protettur tal-Ordni.
Ħajr: Leonard Callus, Arkivji Nazzjonali
Skultura ta’ San Pawl
Joseph Micallef huwa skultur żagħżugħ li bil-mod
qed jagħmel isem għalih innifsu bħala artist, disinjatur u
skultur. Bosta huma l-opri sbieħ relatati mal-arti sagra u
mal-festi Maltin. Matul is-sensiela Malti Pur li dehret fuq
TVM matul l-istaġun li għadda, Joseph Micallef jidher
jiskolpixxi statwa mill-isbaħ ta’ San Pawl. Il-kurżità
wasslitna biex insiru nafu li din l-istatwa kienet għas-Sur
William Grech (Ta’ Anġierka) mir-raħal tagħna, allura
kien xieraq li nkellmuhom it-tnejn dwar din l-esperjenza.
Is-Sur Grech għaddielna xi ritratti ta’ din l-istatwa li
kkommissjonaha hu, u minn jgħaddi minn Triq San Ġorġ
jista’ jammira u japprezza l-ġmiel ta’ din l-iskultura.
Ritratti: William Grech
L-artal tal-kappella ta’ Santu Spirtu
(Ritratt: Arkivji Nazzjonali ta’ Malta)
83