Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 79
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Messaġġ mill-Għaqda
Każini tal-Banda
Joseph C. Azzopardi
Segretarju Ġenerali
Il-festi jiġu kull sena u nħejju għalihom bilkbir.
Din is-sena differenti mill-passat. Ilpandemija
gerfxet lil kull settur u strata
tas-soċjetà. Imma l-Għaqda baqgħet attiva,
u f’diskussjoni mal-Awtorità tal-Knisja,
instabet triq onorabbli kif niċċelebraw
il-festa tal-qaddis tagħna b’mod ridott.
Nappella biex nimxu mad-direttivi tal-
Kurja u tal-Għaqda sabiex bla eċċessi u
bi spirtu nisrani nagħtu ġieħ u qima lillqaddis
waqt il-pellegrinaġġ li se jsir.
L-Għaqda, apparti li ħadmet mill-qrib mal-Knisja,
ħadmet ukoll mal-Gvern biex il-każini tagħna ngħataw
għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-flus illi tilfu jew
spejjeż li daħlu għalihom billi nħolqot l-iskema Covid-19
Każini tal-Banda. F’din l-iskema, il-Gvern ta 200,000
ewro li tqassmu lis-soċjetajiet mużikali b’mod ugwali.
Nixtieq nirringrazzja lill-kumitati kollha li sabu l-ħin
sabiex niltaqgħu magħhom b’mod virtwali u flimkien
iddiskutejna l-isfidi li s-soċjetajiet tagħna sabu fi żmien
il-pandemija.
Bil-ħidma tal-Għaqda ħarġu diversi fondi
oħra li jkopru oqsma diversi. Nittama li dawk
eliġibbli japplikaw u jimxu strettament mallinji
gwida. Il-każini għad baqgħalhom
għeruq sodi f’kull belt u raħal u xorta
għad baqa’ lok għal xiex jagħtu kontribut
kulturali u mużikali fis-snin illi ġejjin, u
nittama li għalkemm se nirtira, nibqa’
nsegwi dak li jkun qed iseħħ fl-Għaqda
Każini tal-Banda. Ma nixtieqx nara
jinħatt dak li b’tant impenn ħdimna għalih
matul is-snin.
Nagħlaq billi nsellem lid-diriġenti tal-każini kollha,
li għal bosta snin ħdimt magħhom mill-qrib. Grazzi talappoġġ
li tajtuni u l-koperazzjoni li sibt. Tafu li għaddejt
minn esperjenza xejn pjaċevoli u għadni ma ġejtx
f’sikkti. Kontra qalbi se jkolli nsellmilkom u nirtira, però
nittama li nkun nista’ nagħti sehem modest jekk Alla jrid
nirkupra xi ftit. Ħudu ħsieb iċċelebraw b’mod dinjituż,
sabiex fil-futur nibqgħu ntejbu r-relazzjonijiet mal-Kurja
għall-ġid tal-festi tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.
Tagħlim tal-Banda
b’xejn
fil-Każin San Pawl
Min huwa interessat li
jitgħallem
xi strument mużikali
jista’ javviċina
lil xi membru tal-Kumitat,
lis-Surmast
jew isaqsi lil tal-Bar
għal aktar tagħrif.
77