Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 67
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Ċentinarju mill-wasla tal-qniepen
f’Ħal Safi (1920-2020)
Dorian Baldacchino
Din is-sena l-parroċċa tagħna
qed tfakkar il-mitt sena mill-wasla u
l-konsagrazzjoni tal-qniepen.
Qabel is-sett li nsibu fil-kampnar illum
il-ġurnata, kien hemm qanpiena oħra
kbira. Din kienet saret fis-sena 1827 millfunderija
ta’ Salvu Cauchi li ġiet tiswa
mitt skud (£150, li llum il-ġurnata jiġu
€7,494.28). Din kienet tiżen 5 qnatar u
kellha l-isem ta’ Pawla. Fuqha kien hemm
imnaqqxa l-figura ta’ San Pawl. Fuqha
kellha din l-iskrizzjoni bil-latin:
Pietas Me Fecit It-tjieba Għamlitni
Sanctus Deus Qaddis Alla
Sanctus Fortis Qaddis Qawwi
Sanctus Immortalis Qaddis Immortali
Miserere Nobis Ħenn Għalina
An. D. 1827 Fis-sena tal-Mulej 1827
Wara l-wasla tal-qniepen il-ġodda għall-knisja ta’ Ħal
Safi, il-qanpiena l-antika ta’ Salvu Cauchi (1827) kienet
inbiegħet lill-parroċċa ta’ San Bartilmew Ħal Għargħur.
Preżentament din il-qanpiena tinsab fil-kampnar tallemin
tal-istess knisja li flimkien ma’ qanpiena oħra
ddoqq l-arloġġ tal-knisja.
Min kien Salvu Cauchi?
Salvu Cauchi kien min-Nadur
Għawdex. Ġie jgħix f’Bormla u tgħallem
is-sengħa ta’ brunżar mingħand l-Isqallin
Ferdinando u Sebastiano Leotta. Dawn
ġew Malta u waqqfu l-funderija tagħhom
f’Għajn Dwieli. Cauchi kellu l-funderija
tiegħu barra l-bieb tat-Tarzna f’Bormla.
Daħħal jaħdmu miegħu wkoll lil uliedu
fosthom il-magħruf Ġulju Cauchi (1829-
1904). Infatti jidher li mill-1854 ’il
quddiem Salvu flimkien ma’ ibnu ħallew
marka fejn tidħol is-sengħa ta’ brunżar. It-tifel tiegħu
kien l-aħħar brunżar lokali li naqqax isem fejn tidħol issengħa
tal-qniepen. Wara l-mewt tiegħu, qam moviment
ġdid sabiex jimportaw il-qniepen mill-Italja, Franza u
l-Ingilterra.
Il-qniepen il-ġodda
Erbatax-il xahar wara li Dun Ġwann Patist Ghigo
sar kappillan ta’ Ħal Safi (fl-24 ta’ Ġunju 1919) wasal
sett ta’ qniepen ġodda f’Awwissu tal-1920. Dawn ġew
65