Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 55

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Programm tal-Festa 2020 Dan huwa l-programm li kien maħsub għall-jiem tal-Festa 2020 mill-Każin Banda San Pawl u mill- Kunsill Parrokkjali. Minħabba li f’dawn il-ġranet li dan il-ktieb kien qed imur għall-pubblikazzjoni kien hemm tibdil fid-direttivi tad-Dipartiment tas-Saħħa fir-rigward il-pandemija u fl-interess tas-saħħa talpubbliku, wieħed irid jikkonferma ġurnata b’ġurnata dak illi jista’ jsir. Il-Kumitat u l-Parroċċa se jkunu qegħdin javżaw dak kollu li jkun jista’ jsir skont id-direttivi tal-awtoritajiet. It-Tnejn, 24 ta’ Awwissu 7:30pm Każin jorganizza San Pawl tat-Tfal 8:30pm Logħob għat-tfal kollha f’Misraħ Santa Marija. It-Tlieta, 25 ta’ Awwissu 9.00pm Fiera tradizzjonali u BBQ b’risq il-Każin Banda San Pawl fil-Pjazza. L-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 10:00pm The Red Gathering: Attività organizzata miż- Żgħażagħ Pawlini u l-Kummissjoni Armar fil- Każin Banda San Pawl Safi. Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 9:00pm Pasta Night b’risq il-Każin Banda San Pawl fil-Pjazza. Ikun hemm divertiment u varjetà. Matul din is-serata jsiru preżentazzjonijiet u ringrazzjamenti kif ukoll id-diskors tradizzjonali tal-President tas-Soċjetà. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 9:00pm Marċ brijuż mill-Banda San Pawl Safi li takkumpanja l-istatwa ta’ San Pawl fuq iż- Żiemel madwar it-toroq ta’ Ħal Safi. Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu fil-Pjazza ta’ Ħal Safi fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall fost il-ferħ u l-briju ta’ dawk preżenti. Wara nkomplu nifirħu u niċċelebraw fil-Każin Banda San Pawl Safi. Is-Sibt, 29 ta’ Awwissu 5:00pm Qrar 5:15pm Korteo li jakkumpanja lil Dun Tony Pace u bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pawl li jitlaq mill-Museum tas-Subien u jgħaddi minn Triq San Tumas, Trejqet it-Twemmin, Triq il-Ħlantun, Misraħ San Ġużepp, Triq Santa Marija, Misraħ il-Knisja, saz-Zuntier tal- Knisja Parrokkjali. 6:30pm L-Ewwel Quddiesa solenni tar-Rev. Dun Tony Pace, Saċerdot Novell mill-Parroċċa tagħna stess. Il-Ħadd, 30 ta’ Awwissu JUM IL-FESTA 6:45am Quddiesa 8:00am Ħruq ta’ bomba mill-Għaqda tan-Nar San Pawl 9:00am Quddiesa solenni kkonċelebrata ta’ Jum il- Festa mmexxija mill-Kappillan Kan. David Farrugia, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. Jinseġ il-Paniġierku r-Rev. Dun Jonathan Debattista, saċerdot novell mill-Parroċċa tal-B.V.M. Annunzjata, Ħal Tarxien. Fi tmiem il-quddiesa, tintalab il-kurunella u titkanta l-antifona. Iċċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta’ San Pawl. 12:00pm Ħruq ta’ bomba mill-Għaqda tan-Nar San Pawl 6:00pm Quddiesa mir-Rev. Dun Tony Pace, Saċerdot Novell mill-Parroċċa tagħna. 7:15pm Jibda l-pellegrinaġġ bl-istatwa titulari tal- Appostlu Missierna San Pawl. Imexxi r-Rev. Dun Tony Pace, Saċerdot Novell mill-Parroċċa tagħna stess. Mal-ħruġ tal-pellegrinaġġ jindaqqu l-innijiet mill-Banda San Pawl, Ħal Safi, u jinħaraq salut mill-Għaqda tan-Nar San Pawl. 9:30pm Wara li fuq iz-zuntier jindaqqu l-Innijiet mill-Banda San Pawl, Ħal Safi, nilqgħu l-istatwa ta’ San Pawl lura fil-knisja. Fid-dħul tagħha, titkanta l-antifona, u tingħata l-barka sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bl-innu ta’ San Pawl u bil-bews tar-relikwa. Wara l-Barka jkun hemm il-Marċ tan-Nar u Radd il-Ħajr. Ġewwa l-Knisja Parrokkjali: Nhar il-Festa: Tindaqq il-Mużika tas-Surmastrijiet Mro Ferdinando Camilleri u Dr Paolo Nani u Mro Antonio Nani. L-orkestra u l-kor taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg B.Educ, A.Mus L.C.M.. 53