Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 51
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
L-Imrewħa l-ġdida
Redeemer Barber
Kien wara l-festa tal-2018, hekk xħin iddaħħal
l-armar f’postu u kollox kien intrefa’ għas-sena ta’ wara,
li f’moħħna beda jberren xi proġett ġdid u ewlieni li
stajna nagħmlu għas-sena li ġejja. Ħsiebna mar fuq
l-imrewħa, xi ħaġa li kienet saret qrib il-millenju l-ġdid,
u li llum, nofs ir-raħal, speċjalment dawk żgħar ftit li
xejn jiftakruha.
La qed insemmi l-imrewħa l-antika, ta’ min isemmi
li dik kellha pittura xogħol l-artist Ninu Apap u li filpreżent
tista’ titgawda f’waħda mis-swali tal-Każin
Banda San Pawl. Għall-proġett il-ġdid, intuża l-qafas
tal-ħadid li diġà kien jeżisti.
Fis-17 ta’ Frar 2019, avviċinajna liż-żagħżugħ Pawlin
Alan Xerri biex joħroġ b’disinn oriġinali u li jmur malħsieb
tagħna. F’temp ta’ ġimgħa kien hemm disinn
inizjali, bdew jittieħdu l-qisien, u bdejna nfittxu stimi
għad-drapp. Id-disinn finali ntgħoġob u minn hemm
beda l-grandiment. Inxtraw mat-tmien pezez drapp.
F’Ġunju bdiet il-ħjata, xogħol li sar b’sengħa kbira
mill-ħajjata tagħna s-Sinjura Tessi Magri li flimkien ma’
bintha Maryanne, u b’paċenzja kbira, fasslu kobor ta’
drapp mhux ħażin.
Fuq parir tad-disinjatur, ġie kkummissjonat is-Sur Kurt
Friggieri, li fil-preżent huwa mfittex ħafna għax-xogħol
tiegħu ta’ pittura b’mod partikulari fuq dan l-istil. Filfatt
ħriġt bl-idea li jsiru tliet pitturi. L-ikbar fosthom turi
l-qaddis tagħna San Pawl dieħel il-ġenna akkumpanjat
mill-anġli wara li miet martri. Fuq ix-xellug naraw anġlu
ieħor iħaddan miegħu s-sede tal-Każin Banda San Pawl,
li jissimbolizza l-anniversarji sinjifikanti tas-sena 2019,
id-90 sena Soċjetà u 30 sena banda. Fuq il-lemin anġlu
ieħor qed iħaddan miegħu l-Knisja Parrokkjali tagħna,
hekk kif fis-sena 2019 fakkarna l-175 sena mill-wasla
tal-vara titulari.
Fl-għalqa ta’ wara ċ-ċimiterju ntrama l-ħadid li kellu
jintuża u dan inżebagħ mill-ġdid. Saru tibdiliet meħtieġa
bħal ngħidu aħna twaħħal winch u tbiddlet is-sistema
tal-funzjoni. Sar ukoll arblu ġdid biex l-imrewħa teħel
miegħu b’mod pulit u bl-inqas ostaklu. Tqabbad is-
Sur Twanny Zammit minn Ħal Qormi biex jaħdem ilmaskerun
fuq disinn ta’ Alan Xerri. Dan il-maskerun
ingħata x-xelak biex jieħu kulur dehbi.
Matul l-aħħar ġimgħat, fil-bidu tal-ġimgħa tal-festa,
Alan Xerri ħadem lejl u nhar fiċ-Ċentru Parrokkjali,
assistit min-nies qalbiena, fejn waqt li l-banda kienet qed
tħejji għall-kunċert, fl-istess post, f’kamra fuq ġewwa,
Alan kien mehdi bix-xogħol ta’ sfumar.
Fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa. Nhar l-aħħar
tridu, mat-tokki tal-5:30am, bdiet tintrama l-imrewħa
f’postha, fil-pjazza. Kien mument emozzjonali għallaħħar,
hekk kif rajnieha armata, tikkumplimenta l-pjazza
ewlenija u l-armar ieħor sabiħ li kien hemm. Kemm
kienet isbaħ matul dak il-lejl xħin infetħet għall-ewwel
darba quddiem il-pubbliku li nġabar biex jaraha. Xi
ġmiel, dak l-għajjat u ċapċip u l-ferħ tan-nies.
Din il-ħidma saret bis-saħħa ta’ ħafna dilettanti u
individwi voluntiera li taw sehemhom, is-Sur Kurt
Debono u s-Sur Justin Mallia li mexxew dan il-proġett
bl-għajnuna ta’ oħrajn. Grazzi lis-Sinjura Tessi Magri li
flimkien ma’ żewġha u bintha ħadu ħsieb il-ħjata. Grazzi
tmur lill-impenn tad-disinjatur u sfumatur Alan Xerri,
lil Kurt Friggieri tal-pittura u lil Twanny Zammit taxxogħol
tal-metal. Grazzi wkoll lil missieri Paul, li dejjem
insibu ta’ għajnuna.
Inħarsu ’l quddiem biex fis-snin li ġejjin naqsmu
magħkom aktar sorpriżi. Din is-sena ngawdu kif nistgħu
la ġiet hekk; kollox jibqa’ merfugħ għas-sena d-dieħla…
X’rigal dak li Alla tana
meta bagħtek fuq din l-art,
Sraqt il-qlub tal-Maltin kollha
u l-Vanġelu dlonk xandart.
49