Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 47

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Messaġġ mill-Assistent Surmast Ejjew tgħallmu l-mużika! Charles Wallace Suda Waslet festa oħra tal-Appostlu Missierna San Pawl, b’mod speċjali għalikom parruċċani tar-raħal sabiħ u kwiet ta’ Ħal Safi. Din is-sena kellna naffaċċjaw bla ħsieb il-coronavirus u b’hekk waqafna ħesrem mil-lezzjonijiet tal-mużika. Din is-sena waqfu wkoll xi aljievi għal raġunijiet personali u għalhekk fil-preżent, taħt id-direzzjoni tiegħi għad baqa’ żewġ aljievi li għadhom ma ħarġux idoqqu mal-banda għallewwel darba. Dawn huma Sadie Scicluna fuq il-klarinett u tifla Taljana li ngħaqdet magħna, Evelyn Ghinet. Nispera li kif jgħaddi kollox u niġu għan-normal, dawn it-tnejn ikomplu jattendu għallezzjonijiet u nispera fil-Bambin li jitħajru aktar tfal. Inħeġġeġ lill-ġenituri jħajru lil uliedhom biex jitgħallmu xi strument mużikali biex ikabbru l-imħabba għallmużika u l-kultura. Nieħu l-okkażjoni biex nagħti l-Festa t-Tajba lill-President u l-Kumitat ħabrieki tal-Każin Banda San Pawl Safi, millkbar saż-żgħar, lill-fergħat kollha fi ħdan is-Soċjetà, kif ukoll lis-Sindku u l-Kunsillieri, lill-Kappillan u l-membri tal-Kleru kif ukoll lill-poplu kollu ta’ Ħal Safi. Viva l-Banda San Pawl! Viva San Pawl! little profit BAZAAR Safi Where you can find: • Underwear • Women’s and men’s wear • Children’s Wear • Shoes and Toys • Stationery and photocopies • Household Products, etc… Mob: 9940 7318, 9925 5387 Nixtiequ l-festa t-tajba lill-Óal Safin kollha 45