Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 39
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Mid-Delegat tal-Banda
Emanuel Zahra
Għeżież Pawlini Ħal Safin, huwa
ta’ unur għalija li qed nerġa’ naqsam ilħsibijiet
tiegħi magħkom għal sena oħra
f’dan l-ispazju provdut lili f’din il-ħarġa
tal-ktieb tal-festa ad unur il-Kbir Appostlu
Missierna San Pawl. Din is-sena bħalma
tafu lkoll ma kinitx sena feliċi għaliex
f’Marzu mad-dinja kollha feġġ il-virus
Covid-19 u ħasad lid-dinja kollha, barra
l-imwiet kbar li ħalla warajh.
Din is-sena l-Banda San Pawl, filġimgħat
tal-festa sejra tagħti sehem tagħha
f’żewġ servizzi; il-Marċ tal-Ġimgħa blistatwa
ta’ San Pawl fuq iż-Żiemel u se takkumpanja
l-istatwa titulari ta’ San Pawl waqt il-pellegrinaġġ f’jum
il-festa.
It-tagħlim tal-aljevi kellu jitwaqqaf mill-bidu ta’
Marzu u kien biss f’Lulju li reġa’ ssokta. Hija x-xewqa
tiegħi li nara aktar studenti jitħajru jitgħallmu strument
tal-banda. Il-mużika toffri dixxiplina li tiswa sew fil-ħajja
tagħna. Minn qalbi nirringrazzja lil dawk li komplew ittagħlim
tagħhom. Is-Soċjetà tagħna tibqa’ mpenjata li
toffri t-tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas. Nirringrazzja
lis-Surmast tal-Banda Mro Michael Bugelli, l-Assistent
Surmast is-Sur Charles Wallace Suda u lill-Konsulent
tal-Banda s-Sur Saviour Spiteri għall-ħidma u l-impenn
tagħhom.
Insellem lill-memorja tal-Bandist Onorarju s-Sur
Anthony Busuttil li f’Settembru li għadda ngħaqad mal-
Mulej fil-Ħajja ta’ Dejjem. Ninu, kif konna nsibuh, kien
wieħed mill-fundaturi tal-banda u tat-tagħlim tal-mużika
fil-Każin tagħna u kien ukoll bandist prim. Nhar il-funeral
tiegħu l-banda tagħna sellmitlu flimkien
mal-Kumitat u l-poplu ta’ Ħal Safi, kif
ukoll fil-preżenza ta’ rappreżentanti ta’
għaqdiet oħra tal-banda, qraba u ħbieb.
Niftakru fih fit-talb tagħna.
Fis-sena tal-ordinazzjoni tiegħu,
insellem u nawgura wkoll lil Dun Tony
Pace, li kollha nafuh bħala s-Sur Pace,
għalliem u maestro. Dun Tony kien
surmast fundatur tal-Banda San Pawl
Safi u b’hekk illum, nawguralu fil-ħidma
pastorali tiegħu.
Nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat
Ċentrali u tas-Sottokumitati, lill-bandisti tal-post u
lil dawk li ta’ kull sena jingħaqdu mal-banda tagħna u
jferrħuna bid-daqq tagħhom.
Grazzi wkoll lill-Kappillan il-Kan Dun David
Farrugia għall-ħidna tiegħu fil-parroċċa li hija tant
importanti u siewja, kif ukoll grazzi lil dawk il-qassisin
li jassistuh matul is-sena.
Apprezzament imur lill-Kunsill Lokali mmexxi
mis-Sindku s-Sur Johan Mula u lill-Kunsillieri kollha,
lill-Pulizija li jassistuna matul il-ġimgħa tal-festa u li
jżommu l-ordni, lis-soċjetà ċivili kollha li mingħandhom
dejjem sibna l-aqwa koperazzjoni li jistgħu jagħtu.
Grazzi kbira tmur lis-Soċjetà tagħna u lil dawk kollha
li jagħtu l-kontribut tagħhom għall-Każin San Pawl u
l-festa.
Lilkom membri u lir-residenti, nirringrazzjakom talappoġġ
tagħkom li nsibu mingħandkom matul is-sena.
Nawguralkom il-festa t-tajba.
Viva San Pawl.
Tagħlim tal-Banda b’xejn
fil-Każin San Pawl
Min huwa interessat li jitgħallem
xi strument mużikali jista’ javviċina
lil xi membru tal-Kumitat, lis-Surmast
jew isaqsi lil tal-Bar
għal aktar tagħrif.
37