Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 31
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Ħidmet iż-Żgħażagħ
Sezzjoni Żgħażagħ Pawlisti
Il-festa 2020 ċertament li se tibqa’
imfakkra għall-partikolarità tagħha
minħabba ċ-ċirkustanzi u restrizzjonijiet li
ġabet magħha l-Covid-19 tul dawn l-aħħar
xhur. Però dan fl-ebda waqt ma qata’ qalb
lilna l-Pawlini, għaliex ix-xogħol minkejja
li kien bil-limitazzjoni tiegħu, xorta waħda
baqa’ għaddej mid-djar tagħna, fosthom
diversi tħejjijiet u laqgħat b’mod virtwali għallfesta,
anke jekk konna għadna ma nafux x’se jiġri filġimgħa
tal-festa. Il-mottiv tagħna kien, għadu u jibqa’
dejjem li jiġri x’jiġri l-festa f’ġieħ missierna San Pawl
inkunu dejjem imħejjija u lesti għaliha.
Wara li għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, bdejna
minnufih b’diversi attivitijiet sabiex jinġabru fondi
għall-każin, fosthom ikliet, festini għat-tfal u car wash
fost oħrajn. Ma naqsitx l-attività mill-isbaħ li saret fis-
Sala tal-Iskola Primarja, il-kummiedja ‘In-Neputija
tal-Kappillan’ miktuba minn Joe Gatt, li għaliha kellna
sala mimlija b’udjenza mill-isbaħ. Grazzi lil kull min
attenda u grazzi lir-Reġjun Nofsinhar, il-Kunsill Lokali
Ħal Safi, Safi Drama Group tal-kollaborazzjoni tagħhom
u lill-Kap u l-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Primarja ta’
Ħal Safi tal-għajnuna mogħtija. Grazzi wkoll lill-ħajjata
Tessie Magri għal diversi kostumi kif ukoll lil Saviour
Grixti u s-Sezzjoni Armar, tal-armar tas-sett. Bla dubju
grazzi u proset lill-atturi, żgħażagħ attivi fi ħdan is-
Soċjetà, tal-ħin li ddedikaw sabiex din is-serata kienet
possibbli flimkien maż-żgħażagħ li ħadmu minn wara
l-kwinti. Inħarsu ’l quddiem għal li jmiss.
L-avvenimenti tal-Ġimgħa Mqaddsa din is-sena
tħassru iżda minkejja dan kollu, it-tħejjijiet kemm
għall-Via Sagra kif ukoll għall-wirja kienu diġà saru.
Madankollu xorta waħda l-eżerċizzi taż-żgħażagħ li jsiru
ta’ kull sena laħqu saru qabel ma nħarġu r-restrizzjonijiet
mill-awtorità tas-saħħa. Din is-sitwazzjoni xejn
mistennija tal-Covid-19 u dak kollu li ġabet magħha
nisslitilna dieqa għaliex fejn bħal donnu kien kollox
wieqaf għal ftit, fejn it-tieni dar tagħna, il-Każin, kellu
jingħalaq għal ftit xhur ukoll u l-mod kif
konna niltaqgħu ma kien xejn bħal dak tassoltu,
iżda bid-distanza jew b’mod virtwali.
Jalla iktar kemm jgħaddu jiem, iktar
nerġgħu niġu għan-normal, għall-ħajja
fejn aħna ż-żgħażagħ inkomplu ngħixu
l-ħajja ta’ familja flimkien, fejn nissawru flideat
u nkomplu naħdmu u nistinkaw għal festa dejjem
isbaħ u ikbar f’ġieħ il-Kbir Appostlu Missierna San
Pawl.
Appell liż-żgħażagħ sabiex kull min jixtieq jingħaqad
fil-kumitat u jagħti s-sehem tiegħu, jista’ javviċina lil xi
membru tas-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini. Il-ħidma fil-
Każin San Pawl tagħti sodisfazzjon kbir lill-persuna
nnifisha tal-kontribut li tkun tat b’mod volontarju b’risq
il-festa tul is-sena, speċjalment proprju fil-ġimgħa talfesta
fejn il-ħidma tissarraf fi frott li jitgawda mill-Ħal
Safin u minn kull min iżurna.
F’isem is-Sezzjoni Żgħażagħ nirringrazzjaw lil kull
membru fil-Kumitati u s-soċji fi ħdan is-Soċjetà, lill-
Kappillan, lill-Parroċċa u lill-Kunsill Lokali tal-għajnuna
mogħtija u l-koperazzjoni fejn meħtieġ. Nawguraw lil
Dun Tony Pace li ċertament li fil-missjoni tiegħu se jkun
qed jagħmel ħafna ġid fis-soċjetà, fosthom fil-komunità
Ħal Safija.
Grazzi lil Frans u Rodianne Monreal, Tessie u
Michael Magri, Saviour Grixti, Alexis Callus, Daniel
Mangion, Stephen Baldacchino, Carl Farrugia, William
Grech u Isaac Mifsud tal-għajnuna imprezzabbli li
jagħtu lil dan il-kumitat kif ukoll lill-isponsors kollha
li dejjem insibuhom ta’ appoġġ finanzjarju meta nitolbu
l-għajnuna tagħhom kif dejjem insibu lilkom Ħal Safin
li tant tħobbu din il-festa. Mingħajr l-istess appoġġ u
attendenza tagħkom il-festa ma tkunx dik li hi. Grazzi!
Tislima wkoll lill-Ħal Safin li qabilna ħadmu u stinkaw
għall-festa f’ġieħ l-Appostlu li llum qed igawduh fissmewwiet.
Imfakkra fostna dejjem.
Grazzi mill-qalb lil kulħadd u nawgurawlkom il-festa
t-tajba. Viva San Pawl!
29