Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 27

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Sottokumitat Nisa Catherine Zahra Bħal kull sena meta joqrob is-Sajf, kull amministratur tal-festa jibda jsemmi x-xahar ta’ Awwissu għall-festa ta’ San Pawl Missierna. Peress li din is-sena ma tantx għamilna attivitajiet minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, xorta baqgħet issir il-lotterija ta’ kull ġimgħa kif ukoll saru ftit coffee mornings mill-festa l-oħra ’l hawn. Minn qalbi nirringrazzja lil dawk li attendew u pparteċipaw f’dawn l-inizjattivi. Jekk Alla jrid, minn hawn u ftit ieħor nerġgħu nibdew norganizzaw aktar attivitajiet kull xahar. Inħarsu ’l quddiem lejn il-Pellegrinaġġ li se jsir bl-istatwa tal-Appostlu Missierna San Pawl u nirringrazzjawh ta’ kemm ħarisna matul dawn iż-żminijiet. Nappellalkom biex tipparteċipaw flattivitajiet li norganizzaw. Dawn isiru biss biex jinġabru fondi għall-Każin tagħna, u ta’ dan nirringrazzjakom. Dan huwa mod ieħor ta’ kif il-Ħal Safin jesprimu l-ferħ u l-imħabba tagħhom lejn Missierna San Pawl. San Pawl, il-Patrun ta’ Ħal Safi berikna u eħlisna mill-Covid-19 u kull mard ieħor. Viva San Pawl • steeple style clocks • grandfather clocks • clock movements • clock parts • decorated glass • accessories for clock cases • clock related tools +356 21823098 www.mizziclocks.com +356 79092122 [email protected] 25