Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 15

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Messaġġ tas-Segretarju Emanuel Debono Għaddiet sena, wasal ix-xahar t’Awwissu u l-ħsieb tagħna jkun wieħed, li waslet il-Festa ta’ Missierna l-Kbir San Pawl! Din is-sena, minħabba ċ-ċirkostanzi li sibna ruħna fihom, kellna nħassru ħafna attivitajiet u wkoll laqgħat. Però, kif tistgħu tifhmu u tapprezzaw, ċerti obbligazzjonijiet tal-Każin baqgħu għaddejjin u ovvjament riedu jiġu onorati. Għalhekk il-Kumitat ma setax jieqaf minn ħidmietu. Konna nikkomunikaw ma’ xulxin permezz tattelefon, niddiskutu u nippjanaw x’kien hemm bżonn isir. Fost l-oħrajn, ridna nkomplu nħallsu l-kambjali tal-Każin, kontijiet tad-dawl u ilma, ħlasijiet talbandisti tal-Milied u tal-25 ta’ Jannar (il-Festa Liturġika ta’ Missierna San Pawl) u ħafna spejjeż oħra. Min-naħa tiegħi, meta rajt li r-restrizzjonijiet kawża tal-pandemija kienu qegħdin jinfirxu fuq numru ta’ xhur, ridt nieħu azzjoni biex inħares l-interessi tal-Għaqda. Bdejt billi ċempilt lill-Għaqda Każini tal-Banda, biex niċċekkja x’kienet il-pożizzjoni tagħna, filwaqt li naċċerta ruħi li jekk ikun hemm xi fondi li aħna ntitolati għalihom, napplikaw fiż-żmien stipulat. Peress li s-Segretarju, is-Sur Joseph C. Azzopardi, jinsab indispost minħabba mard, l-Għaqda Każini tal-Banda ħadet ħsieb biex il-ħidma tagħha tibqa’ sejra u għalhekk dan ix-xogħol għadda f’idejn is-Sur Rendell Micallef. F’ismi u f’isem il-Kumitat nixtieq nirringrazzjah ta’ ħidmietu. Nirringrazzja wkoll lill-President u l-Kumitat tal-Għaqda Każini tal-Banda, u nawguraw fejqan ta’ malajr lis-Sur Joseph C. Azzopardi. Grazzi ħbieb. Wara li jiena u l-Kaxxier għamilna stima tal-ħrug li kellna bżonn, mill-ewwel għamilna kuntatt onlajn mas- Sur Rendell Micallef, li min-naħa tiegħu fehemna sewwa u assigurana li kif il-Gvern joħrog il-fondi disponibbli, aħna konna se nibbenefikaw ukoll. Fit-22 ta’ Mejju 2020, bħala parti mill-Fond għal Kawżi Ġusti – Skema Covid Każini tal-Banda, irċevejna s-somma ta’ €2,200. Grazzi. Issa nkomplu fuq li għamilna tul is-sena 2019-2020. Komplejna l-Arkivji, biex ikunu konformi mal-ligijiet tal-lum. Dawn qegħdin jieħdu ħsiebhom is-Sur Dorian Baldacchino u s-Sur Karmenu Busuttil. Grazzi. Il-Kumitat Ċentrali qabel li dan il-ktieb tal-festa, li ħafna minnkom ikunu qegħdin jistennewh b’ħerqa, kellu xorta jiġi ppubblikat, minkejja ċ-ċirkostanzi partikolari li ninsabu fihom. Ikkuntattjajna lill-Editur, is-Sur Alexis Callus, filwaqt li s-Sur Emanuel Zahra u s-Sur Charlot Mifsud ħadu l-inizjattiva biex jinġabru r-riklami u ntaffu mill-ispiża. Matul din l-aħħar sena, membri tas- Sezzjoni tal-Armar komplew jagħmlu xogħol fuq l-armar tal-festa fosthom arbli. Fuq is-sala nistgħu ngħidu li wasalna. Din tinkludi t-taraġ ta’ wara bil-granit u poġġaman. Grazzi lil GalXlokk għallfondi li tawna u l-President tal-Għaqda għall-ħidma li wettaq biex jitlesta x-xogħol kollu. Is-Sezzjoni Żgħażagħ għamlet xi attivitajiet qabel il-Covid-19, però kellhom iwaqqfu kollox bħal ħafna oħrajn. Issa qegħdin jaħsbu biex jerġgħu jibdew. Is-Sezzjoni Nisa wkoll kienu qed jagħmlu coffee morning kull xahar qabel il-Covid-19. Is-Sinjura Catherine Zahra qiegħda tagħmel appell għall-voluntiera. Inħeġġeġ lil min hu interessat biex javviċinaha. Nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lill-Kappillan Dun David Farrugia u lil Dun Karm Zammit. Nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lil Dun Tony Pace għall-ordinazzjoni tiegħu bħala qassis. Ilu żmien ma jkollna ordinazzjoni ta’ qassis minn Ħal Safi. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-għaqdiet tal-parroċċa, il-Mużew tas-Subien, il-Mużew tal-Bniet, il-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku s-Sur Johan Mula, megħjun mis-Segretarja s-Sinjura Doris Baldacchino u l-ħaddiema kollha. Grazzi tal-għajnuna kollha li nsibu mingħandkom. Ma jistax jonqos li nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat Ċentrali. F’dawn l-aħħar xhur minn meta naqset l-pandemija, il-Kumitat iltaqa’ diversi drabi b’laqgħa wara l-oħra, u l-uffiċjali u l-membri tal-Kumitat attendew bi ħġarhom għax veru għandhom għal qalbhom ir-raħal u s-Soċjetà tagħna. Grazzi lil sħabi wkoll. Grazzi lill-benefatturi, kemm ħajjin kif ukoll dawk li llum m’għadhomx magħna. Nirringrazzja lis-Soċji u lil kull persuna li din is-sena qiegħda tirreklama magħna. Mingħajrkom dan il-ktieb ma kienx ikun possibbli. Nagħlaq billi nirringrazzja lill-familja tiegħi għassapport li dejjem jagħtuni u lil kulħadd. Inħeġġiġkom biex tieħdu sehem f’dak kollu li se jiġi organizzat, ovvjament sakemm ma joħorġux direttivi oħra fl-aħħar ħinijiet. Nappellalkom biex tattendu bi ħġarkom għall- Pellegrinaġġ bl-Istatwa ta’ San Pawl li se jsir f’Jum il- Festa, akkumpanjat mill-Banda San Pawl, jekk dan ikun dejjem possibbli. VIVA SAN PAWL 13