Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 113

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 San Pawl Patrun u Protettur ta’ Marsalforn Daniel Mangion Fost il-ħafna rħula pittoreski li nsibu filgżira ta’ Għawdex, wieħed mill-isbaħ żgur huwa r-raħal ta’ Marsalforn. Dan ir-raħal, kif jindika wkoll ismu, huwa port kenni għal bosta sajjieda li ta’ kuljum joħorġu mill-menqa u bid-dgħajsa tagħhom, imorru jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. L-arma ta’ dan il-post tinkludi skudett blu bilbordura tad-deheb, li jirrappreżenta l-port kenni, sejf u lifgħa, li jirrappreżentaw lil San Pawl, patrun ta’ Marsalforn. Skont it-tradizzjoni, wara li telaq minn Malta, fi triqtu lejn Ruma, San Pawl niżel Marsalforn. Hawnhekk San Pawl, kien ipprietka fittempju pagan u n-nies tal-inħawi kienu tgħammdu u saru Nsara. Jingħad li fejn kien ipprietka Pawlu, in-nies tal-lokal baqgħu jużawh għall-qima u anke bħala ċimiterju. Storikament ma nafux eżatt meta nbniet l-ewwel kappella lil San Pawl f’Marsalforn. Dan għaliex f’dokument tas-seklu sittax ma tissemma l-ebda knisja f’Marsalforn. Iżda nafu wkoll li fl-1649 l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann kellhom id-dritt li jinnominaw irrettur tal-kappella ta’ Marsalforn. Fl-1663, l-Isqof Balaguer Camarasa żar din il-kappella u sabha fi stat ħażin ħafna. Tant kemm kienet fi stat ħażin li ordna li jsir restawr sa mill-pedamenti. Jidher ukoll li l-ispejjeż għar-restawr tħallas mill-Knisja tal-Assunta ta’ Għajn Meddew, fix-Xagħra. Bħal kull raħal ħdejn il-baħar, Marsalforn kien fil-mira ta’ diversi kursari, li kienu jisirqu l-affarijiet prezzjużi u jerġgħu jaħarbu fuq il-baħar. Il-leġġenda tgħid li darba, waqt wieħed mill-attakki tal-kursara, insterqet it-terħa tal-altar tal-kappella ta’ Marsalforn. Iżda waqt li kienu fi triqithom lura, il-kursara nqabdu f’tempesta kbira, u kien biss wara li rritornaw Marsalforn u poġġew lura dak li serqu, li t-tempesta kkalmat u marru lura lejn arthom qawwijin u sħaħ. Fatt interessanti huwa li l-Gran Mastru Ramon Perellos fl-1715 bena tip ta’ forti żgħira madwar din il-kappella sabiex L-istatwa ta’ San Pawl meqjuma fil-knisja ta’ Marsalforn, Għawdex Il-pittura titulari fil-Knisja ta’ San Pawl, Marsalforn, Għawdex tkun ta’ difiża mill-kursara. Inqas minn ħmistax-il sena wara, sforz l-elementi, din il-kappella reġa’ kellha diversi ħsarat u għalhekk fl-1730 Dun Mattew Spiteri, mix-Xagħra, ġabar il-flus sabiex tissewwa. Iżda fl-1878, fuq ordni tal-Isqof Pietro Pace, din il-knisja reġgħet bdiet tinbena; ikbar u b’aktar sengħa. Din l-ordni ngħatat wara li l-Isqof Pace żar ilkappella u ra l-ħsarat estensivi li kellha. L-Arkitett Antonio Giardina kien ġie kkummissjonat sabiex jagħmel il-pjanta ta’ din il-knisja l-ġdida, filwaqt li Ġużè Vella miż-Żebbuġ kien il-bennej. F’Awwissu tal-1879 din il-knisja tlestiet, u tinsab fejn nafuha llum il-ġurnata. Kien l-Isqof Pace stess li f’Awwissu talistess sena berikha u ġiet iddedikata lin- Nawfraġju ta’ San Pawl. Il-kwadru titulari fil-knisja ta’ Marsalforn juri l-miraklu tal-lifgħa, xogħol tal-artist Giuseppe Bonnici. Fl- 1938 kien sar altar prinċipali tal-irħam minn Karmenu Micallef. Apparti dan l-altar f’din il-knisja kien hemm żewġ altari oħra, wieħed iddedikat lil Maria Addolorata u ieħor iddedikat lill-Qalb ta’ Ġesù. Dawn iż-żewġ altari, però, tneħħew wara li din il-knisja reġgħet tkabbret, iżda l-pitturi li kien hemm fuqhom xorta għadhom jistgħu jitgawdew, wara li tqiegħdu fil-korsija prinċipali. F’din il-knisja nsibu wkoll erba’ vari. Tnejn minn dawn il-vari huma ddedikati lill-Madonna, waqt li vara oħra tirrappreżenta lil San Ġużepp. Din ilvara saret mill-Iskultur Wistin Camilleri fl-1959. Dan l-istess skultur kien ġie kkummissjonat sabiex jaħdem il-vara titulari tal-istess knisja. Din il-vara ħelwa, li turi x-xbieha ta’ San Pawl fin- Nawfraġju, tlestiet u tbierket minn Dun Fortunat Grech fl-1925. Sal-lum il-ġurnata l-vara tal-Appostlu Missierna San Pawl għadha tinħareġ proċessjonalment, bis-sehem ta’ diversi fratelli u banda, fl-ewwel Ħadd wara l-festa liturġika tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. 111