Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 111

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 iċempel il-111, jagħti t-tagħrif meħtieġ u jmur f’wieħed minn dawn iċ-ċentri biex jagħmel is-swab test. Bullettin mediku dettaljat beda jingħata b’mod regolari kuljum fuq il-mezzi tax-xandir mis-Supretendent tas-Saħha l-Prof. Charmaine Gauci u b’hekk il-poplu kien qed jiġi nfurmat bis-sitwazzjoni tal-mument; kemm kien hemm każi ġodda f’pajjiżna u kemm minnhom ġew imfejqa. Sfortunatament kellna wkoll 9 persuni li tilfu ħajjithom għax meta attakkahom il-virus, kellhom problemi oħra ta’ saħħa. Il-Maltin, fil-maġġoranza tagħhom, kienu jistennew bilħerqa dan it-tagħrif mediku. Il-Profs. Gauci fi ftit ġimgħat, saret household name. U bir-raġun, għax bil-mod trankwill u ċar li bih kienet tfiehem lill-poplu, il-Maltin saru jafu eżatt x’għandhom jagħmlu u minn xiex iridu joqogħdu attenti. Grazzi lill-Profs. Gauci, lit-team mediku kollu tagħha, lill-ħaddiema kollha tas-saħħa, pulizija, suldati u lil dawk kollha li b’mod erojku kienu front liners. Konna nkunu mħeġġa mill-Isqfijiet tagħna biex nitolbu lill-qaddisin protetturi ta’ Malta, fosthom San Pawl u San Publiju, biex jinterċedu għalina ħalli din l-imxija tieqaf. Għall-grazzja ta’ Alla, nistgħu ngħidu li ninsabu fittriq tal-fejqan. Ftit ftit, uħud mill-stabbilimenti, minkejja r-restrizzjonijiet imposti biex iħarsuna, bdew jiftħu. Minn toroq bla traffiku, erġajna bdejna naraw is-sriebet ta’ vetturi għaddejjin (u bla dubju, reġa’ żdied it-tniġġis tal-arja). Minn toroq bla nies, erġajna qed naraw it-toroq tagħna jerġgħu jimtlew bin-nies lebsin il-maskra jew visor. In-nies reġgħu bdew imorru għax-xogħol, imma mhux kulħadd. Għal numru ta’ nies (li sfortunatament telgħu għal eluf), il-coronavirus tahom daqqa kbira għax tilfu x-xogħol tagħhom. Il-knejjes reġgħu nfetħu b’ħafna restrizzjonijiet, għax għalkemm id-djar tagħna saru kappelli ċkejknin, in-nies kienet mixtieqa li tattendi għall-Quddiesa u talb ieħor, b’mod fiżiku fil-knisja. Kull fejn tmur, kont issib il-flixkun bis-sanitizer jistennik biex tnaddaf idejk. Issa, li bil-mod il-mod mexjin il quddiem u l-każi pożittivi tal-virus qed jonqsu, irridu nroddu ħajr lil Alla l-Imbierek li waqaf magħna, lis-Supretendent tas- Saħħa Pubblika l-Profs. Charmaine Gauci, lit-team kollu tagħha u lill-front liners kollha, li b’sagrifiċċji kbar personali żammew l-imxija milli tinfirex aktar; fuq kollox ma nabbużawx għax irbaħna l-battalja imma mhux il-gwerra. Il-virus għadu magħna. Fl-interess ta’ kulħadd, li kull wieħed u waħda minnha nibqgħu nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex il-virus jitrażżan. Minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Petcare Qrendi Road, Ûurrieq – Tel: 2164 9727 Mob. No: 7964 9727 • Kull ma trid g˙all-pets u g˙all-©nien • ÌwieΩ u mediçina g˙all-annimali u t-tjur • Affarijiet g˙al kaçça, insib u sajd • Water Drip accessories g˙at-tisqija ta’ ©onna u g˙elieqi Il-Proprjetarju, Joe Buhagiar, jixtieq il-Festa t-Tajba lill-Óal Safin kollha 109