Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 11

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Messaġġ tal-President Pawlu Busuttil Din is-sena, minħabba ċ-ċirkustanzi li l-imxija tal-coronavirus ġabet fid-dinja kollha, naqqasna ftit mir-ritmu tax-xogħol li konna mdorrijin nagħmlu fis-snin ta’ qabel, bħal pereżempju ma stajniex nagħmlu attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi bħal coffee mornings jew ikliet. Il-każin kellu jagħlaq għal xahrejn u nofs sħaħ, u dan kollu rriżulta fi tnaqqis ta’ ġbir ta’ fondi. B’hekk irrid nirringrazzja lill-Għaqda Każini tal-Banda, li fost ħafna xogħol li jagħmlu għal każini bħal tagħna, ħadmu biex il-Gvern jalloka s-somma ta’ €2,200 lil kull każin tal-banda biex jagħmlu tajjeb għal dan ittelf. Fost ix-xogħol li s-Soċjetà tagħmel, din is-sena tlestiet is-sala ta’ fuq tas-sede tagħna b’fondi miksuba għal Malta mill-Unjoni Ewropea, mir-Rural Development Programme 2014-2020. Dan ix-xogħol kien jinkorpora sistema ta’ dawl u sound ġdid, kisi u żebgħa, taraġ talgranit u railings tat-taraġ. Matul il-pandemija ma kienx permess li jsiru festi, però wara li s-sitwazzjoni bdiet titranġa għall-bidu ta’ Lulju, l-awtoritajiet ħarġu l-permessi biex dawn isiru, u minnufih il-kumitat iltaqa’ biex jiġi diskuss u deċiż dak illi seta’ jsir. U l-festa xorta waħda se ssir, avolja limitata. Wieħed irid jistenna u jara kif jiżvolġu l-affarijiet sa dakinhar. L-ispejjeż kurrenti jibqgħu, bħal dawk marbuta mal-proprjetà u anke x-xogħol tal-planċier, dak baqa’ għaddej. B’hekk nappellalkom biex tkunu ġenerużi bħas-soltu, għaliex festa oħra tasal u l-ħidma tibqa’ għaddejja. Bħala kumitat nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kappillan, il-Kan. Dun David Farrugia, lis-Sindku, is-Sur Johan Mula u l-Kunsillieri kollha, lis-Sur Terrence Camilleri ta’ GalXlokk u lill-Avukat Noel Camilleri, il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, lis-Surmast Mro Michael Bugelli, lill-Ass. Surmast is-Sur Charles Wallace Suda u lill-Konsulent tal-Banda s-Sur Saviour Spiteri. Ringrazzjamenti jmorru lejn is-sottokumitati tagħna, dawk tan-nisa, l-armar, innar u ż-żgħażagħ li jagħmlu xogħol matul is-sena kollha u lil dawk kollha li jgħinu finanzjarjament. Nirringrazzja lil sħabi tal-kumitat tax-xogħol li jagħmlu, speċjalment fil-jiem tal-festa, biex b’hekk, blgħajnuna ta’ kulħadd nagħmlu festa kif tabilħaqq jixraq lill-Kbir Appostlu Missierna San Pawl, patrun tal-Ħal Safin u l-Maltin kollha. Viva San Pawl Agħti l-Kontribut tiegħek biex inkunu nistgħu nkabbru aktar il-festa f’ġieħ il-Patrun tagħna San Pawl 9