Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 109

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Kif Ħallietna Bla Nifs! Emily Barbaro-Sant Bħall-bqija tad-dinja, pajjiżna ntlaqat mill-pandemija tal-Coronavirus li pparalizzatna. Minn kif bdew jaslu ċerti sinjali dwar x’qed jiġri fil-pajjiżi ġirien tagħna, bdejna naraw in-nies fi kjuwijiet kbar wara l-bibien tas-supermarkets u f’xi każi, kellhom jissejħu l-pulizija biex iżommu l-ordni. U mbagħad rajna n-nies ħerġin mis-supermarkets bi trolleys imburġati b’ħażniet kbar ta’ ikel u deterġenti. Kien hemm saħansitra, min tant xtara affarjiet, li anqas il-vettura ma kienet biżżejjed u għabba l-oġġetti mixtrija f’karru li ġarru wara l-vettura! Ħadd ma ried imut bil-ġuħ! Żgur li fost l-aktar oġġetti mixtrija li spikkaw, kien it-toilet paper u n-nappies għal min kellu t-trabi. Iċ-ċajta tas-sena għal dawn tal-aħħar kienet, li ħażnu nappies biżżejjed sakemm it-tarbija tikber u tiżżewweġ! Ngħiduha kif inhi. Mhux kulħadd seta’ jagħmel spiża bħal dik f’salt, u kien hemm min bata. Imbagħad bdejna naraw il-knejjes jingħalqu, imma għall-grazzja ta’ Alla, l-Isqfijiet ħadu ħsieb li jxandru l-Quddiesa darbtejn kuljum fuq TVM2. Għal dan, ngħidu grazzi wkoll lill-awtorità tal-PBS li tat din ilkonċessjoni. Bdew jingħalqu l-ħwienet għax ħadd ma ried jimrad jew imarrad lill-ħaddieħor. Baqgħu miftuħa biss is-supermarkets, il-ħwienet tal-merċa, il-petshops u xi stabbilimenti oħra ta’ bżonn, biex il-poplu jkompli jinqeda b’mod ristrett u nieħdu ħsieb xulxin. Intgħoġbot ukoll is-sistema li ċċempel lil tal-ħanut jew tibgħat imejl, tgħid x’għandek bżonn u jġiblek ix-xirja wara l-bieb. Minkejja li ħafna nfexxew fit-tisjir, oħrajn iħobbu jsibu l-lest u ħafna ristoranti bdew joffru ikel misjur u lest, skont ix-xewqa u l-gosti talindividwu u jitwassal id-dar sħun u lest biex jittiekel. Ingħalqu l-iskejjel privati u mbagħad dawk tal-istat biex kemm jista’ jkun jitnaqqas it-tixrid tal-imxija. It-tiġijiet tħassru u l-festi parrokkjali wkoll. Lill-funerali ma nħafritilhomx anqas. Addio Quddies presentae cadavere. Is-saċerdot isellem u jgħid it-talb ħdejn il-qabar fil-preżenza ta’ ħames membri biss tal-familja. Kienet tassew ta’ dieqa li ħafna kienu mċaħħda milli jagħtu l-aħħar tislima lill-mejjet/mejta. Eluf ħassewhom diżappuntati. Ingħalqu l-postijiet ta’ divertiment, irristoranti u l-kafetteriji, il-hairdressers u l-beauticians u tħallew biss dawk tal-fast foods. Fl-aħħar ingħalqu l-ajruporti u l-qsim bil-vapur bejn il-gżejjer Maltin kien ristrett. Ingħatat direttiva biex il-persuni vulnerabbli u dawk ta’ ’l fuq minn 65 sena ma joħorġux jekk mhux għall-bżonn. U anqas iżuruhom neputijiet. Għal ħafna nanniet, li ma jistgħux jgħannqu linneputijiet kienet weġgħa kbira Minħabba li l-iskejjel kienu magħluqa u ċ-child care centres kienu magħluqa wkoll, it-tfal ma kienx hemm min jieħu ħsiebhom, u daħlet is-sistema ta’ work from home li nistgħu ngħidu li ntgħoġbot u fuq nota pożittiva, din kellha effett tajjeb fuq l-ambjent ta’ madwarna għax tnaqqas it-tinġis. Bosta postijiet tax-xogħol ingħalqu bilħaddiema, kif diġà għedt, jaħdmu mid-dar. Il-programmi fuq ir-radjijiet u t-televiżjoni komplew iżda b’mod virtwali, biex kemm jista’ jkun in-nies ma tiltaqax ma’ xulxin. Barra l-effett tal-virus, din l-epidemija kellha wkoll effett negattiv fuq il-poplu li ħabta u sabta, familji sħaħ sabu ruħhom ġewwa ma joħorġux mid-dar ħlief għal ċertu bżonn. U kien hemm min qabditu d-dipressjoni. Min, fost il-familji, kellu diġà problemi fid-dar, dawn kibrulu għax kiber in-nuqqas ta’ ftehim. Id-Dipartiment tas-Saħħa kien għassa l-ħin kollu u testijiet permezz ta’ swabbing f’diversi ċentri beda jħajjar in-nies biex min jibda jsofri jew jinduna b’xi sintomu, 107