Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 107

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Malta hija l-Gżira tal-Appostlu Missierna San Pawl F’diskors imqanqal li kien għamel fl-1936, il-magħruf Professur Monsinjur Pietru Pawl Saydon fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni talfesta nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, kien tenna: “Malta, għalkemm żgħira, għandha hi wkoll il-bixra individwali tagħha li tagħżilha minn kull nazzjon oħra, kbira jew żgħira. Tingħażel Malta min-nazzjonijiet oħra, għax hi u weħidha fost ħafna ġnus oħra, tista’ tiftaħar u tgħid: Għalkemm żgħira, żammejt dejjem sħiħ it-twemmin ta’ Kristru. Malta, il-gżira ż-żgħira b’ruħ kbira. Ir-Reliġjon kienet dejjem il-ħajja tagħha u meta ġnus oħra tilfu l-fidi jew telquha titnawwar u titħassar bil-bruda u bit-taħlit ta’ fehmiet ħżiena, Malta baqgħet dejjem imqabbda magħha, bħal siġra, li, biex tgħix, trid iżżomm għeruqha mqabbdin mal-art. Malta baqgħet Malta, għax baqgħet Nisranija, u biex tibqa’ Nisranija Malta tqabdet, tat demmha, tat ħajjitha. Inħobbu r-Reliġjon nisranija bħalma dejjem ħabbewha missirijietna. Nimxu dejjem fid-dawl tagħha biex ma nitilfux il-ġieħ u l-kobor li writna. Ma nħallu qatt li s-semm ta’ tagħlim ħażin u ta’ drawwiet sfieqa jidħol minn artijiet oħra biex imewwet it-tilqima li laqqam f’qalbna Pawlu u li missirijietna saqqew b’demmhom. U waqt li d-dinja miġnuna tgħajjat f’wiċċ Alla, bħalma darba għajtu l-Lhud għomja quddiem Pilatu: ‘Ma rriduhx ’il dan isaltan fuqna!, insemmgħu mill-Gżira tagħna għajta kbira u qawwija, il-għajta ta’ Malta Rebbieħa u Nisranija li tinxtered mad-dinja kollha u li ddum tidwi sal-aħħar tażżmien; Ma rridu ’l ħadd ħlief Kristu jsaltan fuqna’’ Twissija profetika għal-lum ukoll Żgur li jekk qatt kien hemm żmien li għandna nħossu l-bżonn li nisimgħu u nagħtu kas tat-twissija kuraġġuża, pofetika u patrijottika li kien għamel il-Professur Saydon tmienja u sebgħin sena ilu huwa proprju llum. Ikollna bilfors nammettu li Malta tal-lum m’għadhiex Malta ta’ tmienja u sebgħin sena ilu. Kif anqas id-dinja tal-lum m’għadha kif kienet tmienja u sebgħin sena ilu. Matul dawn is-snin, Malta għaddiet u għadha għaddejja minn tant tibdil soċjali, ekonomiku u reliġjuż. U bħall-bqija tad-dinja, Malta wkoll kellha u għadha tħabbat wiċċha malisfidi u l-irwiefen tas-sekulariżmu, tal-materjaliżmu u talliberaliżmu sfrenat. Iżda dan ma għandux jaqtgħalna qalbna. Jgħidu x’jgħidu u jiktbu x’jiktbu ċerti ġurnalisti u opinjonisti llum, jibqa’ l-fatt Joe Chetcuti Preżentatur tal-Programm Marċi u Bandalori fuq Net FM li l-parti l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin għadhom sallum iħossuhom kburin li fl-10 ta’ Frar bil-ferħ jiftakru u jiċċelebraw l-isbaħ paġna tal-istorja reliġjuża tagħna, paġna li mhix miktuba biss bl-ittri tad-deheb filktieb tal-istorja nazzjonali tagħna li tagħtina l-identità tagħna, iżda wkoll li hija mnaqqxa flistorja tas-salvazzjoni, l-Iskrittura Mqaddsa. Huwa għalhekk li anki din is-sena għandna nħossu d-dmir li mhux biss nirringrazzjaw ’l Alla għall-grazzja li wasslilna fuq xtutna lil San Pawl, iżda wkoll li nirringrazzjaw lil missirijietna li baqgħu jżommu dejjem ħajja fil-qalb tal-poplu tagħna t-tilqima li biha laqqamna l-Appostlu Pawlu li bir-raġun insejħulu Missierna. Mhux ġejjieni faċli Iżda fl-istess waqt ma nistgħux ma ngħidux ukoll li x’se jkun il-ġejjieni tal-fidi nisranija tagħna ma nafux. Iżda nafu żgur li l-ġejjieni mhux se jkun wieħed faċli bħalma lanqas fl-imgħoddi ma kien faċli għal missirijietna li jibqgħu sodi fil-fidi tagħhom.. Żgur li l-isfidi u l-irwiefen tas-sekulariżmu, tal-materjaliżmu, tal-permissiviżmu u l-ateiżmu mhux biss se jkomplu jheddu r-ruħ nisranija tal-poplu tagħna, iżda wkoll se jkomplu jżidu fil-qawwa tagħhom biex iġarrfuha. Żgur ukoll li mhux se jonqsu l-isforzi u l-ħidma djabolika ta’ xi wħud mill-istess ħutna Maltin li, għal xi raġuni jew oħra ċaħdu diġà l-egħżeż wirt tagħna, li jkomplu jaħdmu biex b’mod sistematiku jisfidaw dak kollu li hu għażiż għalina. Żgur ukoll li se jkomplu jiżdiedu wkoll l-isforzi ta’ nies barranin li, għajjura għall-patrimonju kattoliku tagħna, ikomplu jiġu fostna biex ixerrdu s-semm tat-tagħlim u d-drawwiet li jidhrilhom li għandhom jieħdu post it-tagħlim u d-drawwiet li żera’ Pawlu f’pajjiżna. Jekk tassew irridu li Malta tibqa’ Pawlina għalli ġej irridu bilfors nilqgħu l-istedina li kontinwament qed tagħmlilna l-Knisja llum. Stedina ta’ konverżjoni, ta’ tiġdid u ta’ evanġelizazzjoni ġdida. Irridu bilfors nikkumbattu l-indifferenza, il-bruda u l-apatija reliġjuża li qed jagħmlu ħerba minn bosta minn ħutna l-Maltin, speċjalment żgħażagħ, illum. Irridu bilfors niċħdu l-ambjent tas-sekulariżmu u tarrelattiviżmu morali tant moda llum. Irridu bilfors inwarrbu l-fehmiet teoloġiċi żbaljati li qegħdin jinxterdu minħabba l-kriżi tad-diżubbidjenza għall-Maġisteru tal-Knisja. Huwa b’hekk biss li nistgħu niggarantixxu li għal li ġej ulied din il-gżira Pawlina jistgħu jibqgħu jgħożżu l-wirt Nisrani Malti u Pawlin li matul iż-żmenijiet ta l-identità, ilkobor u l-qawwa lil din il-gżira żgħira tagħna. 105