Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 103

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 “Aħfirli, Natasha” Sintesi ta’ Paul Callus Dan il-ktieb huwa awtobijografija li tirrakkonta l-ġrajja tal-ħajja qasira ta’ Sergei Kourdakov li għex bejn l-1951 u l-1973. Il-ktieb ħareġ għall-ewwel darba bl-isem ta’ “Sergei” imbagħad bit-titlu “The Persecutor” u finalment bl-isem “Forgive me, Natasha”. Huwa ktieb li jagħtina għaġna ta’ mħabba, tradiment u maħfra. Sergei Kourdakov twieled ir-Russja fl-1951. Safa ltim meta kellu madwar 4 snin. Meta Khrushchev ħa l-poter taħt idejh, twarrbu bosta nies li kienu leali lejn Stalin, fosthom missier Sergei li għeb darba għal dejjem minn wiċċ id-dinja. Omm Sergei ħaditha wisq bi kbira, marret lura minn saħħitha u wara ftit tax-xhur mietet. Għall-ewwel Sergei nġabar mal-familja taxxjenzjat Kolmakov, iżda ħarab wara li wieħed mit-tfal ta’ Kolmakov, li kien batut minn moħħu, ipprova joqtlu. Huwa qatta’ diversi ġranet jiġġerra mat-toroq tal-belt ta’ Novosibirsk, fejn kien jisraq biex jiekol u kien jorqod fl-istazzjon tal-ferrovija. Fl-aħħar inqabad mill-pulizija u ntbagħat f’istitut għat-tfal. Għadda minn stitut għal ieħor, u hekk nistgħu ngħidu li trabba mill-Istat u trawwem f’ideoloġija Komunista. Fl-istituti ltaqa’ u għamel ħbieb ma’ diversi karattri mħallta. Sergei kien intelliġenti, atletiku u fl-istess ħin ambizzjuż. Bis-saħħa t’hekk irnexxielu jkampa f’sitwazzjonijiet iebsa u ħorox. Sħabu kienu jħarsu lejh bħala mexxej tagħhom u spiċċaw biex aċċettawh bħala r-‘re’ tagħhom. Minbarra dan daħal fil- Lega taż-Żgħażagħ Komunisti. Ma damx ma sar il-kap ta’ din l-għaqda wara li tħarreġ sew fit-tagħlim u l-ideali ta’ Marx u Lenin. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Lega rebħet l-unur tal-aħjar waħda fir-reġjun. Kien hawn li rabat qalbu mal-Komuniżmu u ħass li kien sab xi ħaġa li seta’ tabilħaqq jgħix għaliha. Intant kompla jistudja l-fiżika, ilmatematika, il-Ġermaniż, il-ġeografija u l-politika. Fejn jidħol sport kien dejjem minn ta’ quddiem, speċjalment fit-tlielaq, il-ġudo u l-boksing. Sergei u ħbiebu tal-qalba għaddew minn bosta avventuri flimkien. Jirrakkonta kif uħud minnhom tawha Sergei Nikolayevich Kourdakov għal ħajja kriminali – serq, kutrabandu, droga – u Sergei kemm-il darba tahom palata. Kien hemm żewġ każi meta ħelisha għal xagħra minn ħalq il-mewt, darba meta qala’ daqqa ta’ sikkina f’dahru, u darb’oħra meta sparawlu b’pistola. Fl-1967 daħal kadett fl-Akkademja Navali ta’ Leningrad (San Pitruburgu). Fi triqtu lejn din il-belt waqaf Moska fejn mar iżur il-qabar ta’ Lenin, esperjenza li ma kellu jinsieha qatt. Kellu ammirazzjoni kbira lejn Lenin, li kien iqisu bħala missieru. Wara sena f’Leningrad, Sergei ntbagħat ikompli l-istudji tiegħu fl-Akkademja Navali ta’ Petropavlovsk fil-Provinċja ta’ Kamchatka. Kien waqt dan il-vjaġġ li ltaqa’ mal-magħruf kittieb Konstantin Koptelov u saru ħbieb. Fl-akkademja l-ġdida, Sergei kien ferm stmat u malajr laħaq il-kap tal-Lega taż-Żgħażagħ Komunisti ta’ hemmhekk. Huwa kellu taħt idejh 1,200 kadett. Kien f’Mejju tal-1969 li Sergei ltaqa’ ma’ Ivan Azarov tal-KGB; dan offrielu xogħol ma’ skwadra speċjali tal-pulizija sigrieta Sovjetika. Sergei kien ġa mgħobbi bix-xogħol, iżda malajr aċċetta malli sar jaf li l-ħlas kien se jkun wieħed imdaqqas ħafna. Flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, bdew jitwettqu attakki orkestrati mill-Kaptan Nikiforov. Għallewwel kellhom x’jaqsmu biss ma’ sakranazzi u nies kriminali, iżda dan ma damx ma nbidel. Ir-rejdijiet ħadu xejra differenti meta l-attakki bdew isiru kontra l-Insara. Il-Komuniżmu kien jisħaq li Alla ma jeżistix u li l-Insara kienu l-akbar għedewwa tal-Istat. Hawn niltaqgħu mal-persekuzzjoni Russa tal- Insara li tibqa’ waħda mill-iktar paġni storiċi koroh ta’ dan il-pajjiż. Sergei u sħabu tal-iskwadra sigrieta daħlu għal din il-ħidma b’ruħhom u ġisimhom. Bi ħruxija liema bħalha wettqu mal-150 rejd fuq knejjes klandestini u l-Insara ta’ ġo fihom. Sawtuhom, kissrulhom għadamhom u qatlu minnhom ukoll. Sergei jirrakkonta dawn ir-rejdijiet b’ċertu dettal, u jlaqqagħna ma’ individwi qalbiena li kienu lesti li jbatu u jmutu għal Kristu. Fost dawn 101