Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 91
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
175 sena fostna
Ħal Safi qed dis-sena jfakkar il-175 sena mindu
l-istatwa artistika ta› San Pawl - xogħol il-bravu skultur
Żejtuni Xandru Farrugia - waslet f’Ħal Safi u nħarġet
għall-ewwel darba fit-toroq tar-raħal tagħna.
Il-vara ta’ San Pawl tnaqxet fl-injam mill-iskultur
Żejtuni Xandru Farrugia li kien ġie kummissjonat fl-4
ta’ Ottubru, 1841 biex jiskultura statwa ta’ San Pawl,
il-bradella u l-pedestal. Il-kuntratt, li sar fi żmien il-
kappillan Dun Ġwann Caruana, kien jistipula li l-istatwa
kellha titlesta sal-25 ta’ Novembru, 1843 u li l-istatwa
kellha tkun tixbaħ lil dik ta’ San Pawl tal-Belt Valletta.
Fil-fatt, kienu saru żewġ kuntratti: wieħed li sar fl-4
ta’ Ottubru, 1842, quddiem in-Nutar Massimiliano Troisi
Menville, fejn Alessandru Farrugia ntrabat li jonqox ix-
xbieha ta’ San Pawl jippriedka f’injam tal-Punent tal-
ogħla kwalità u l-ieħor li sar fis-16 ta’ Novembru, 1843,
quddiem in-Nutar Feliċe Camenzuli, li permezz tiegħu
Alessandru Farrugia rċieva l-aħħar pagament ta’ 75 skud
bħala ħlas għax-xogħol li għamel. B’kollox Alessandru
Farrugia tħallas 198 skud mhux biss għall-istatwa iżda
wkoll għall-pedestall, il-bradella, lasti u erba’ forċini.
Il-vara kienet ħarġet għall-ewwel darba fil-festa tal-
25 ta’ Jannar tal-1844 peress li dak iż-żmien il-festa
titulari kienet tiġi ċelebrata fil-jum proprju tagħha, jum
il-konverżjoni ta’ San Pawl.
Tajjeb li jingħad li Xandru Farrugia, li għex bejn
l-1791 u l-1871, għamel bosta xogħlijiet mill-injam, mill-
ġebla Maltija u mill-kartapesta. Il-parti kbira ta’ dawn ix-
xogħlijiet kienu statwi, fosthom tlieta titulari: il-Lunzjata
ta’ Ħal Tarxien (1829), Santa Marija tal-Imqabba (1837)
u San Pawl ta’ Ħal Safi.
Għalkemm Xandru Farrugia kien ħadem ukoll il-
pedestal, dan kien inbidel ma’ dak li għad hemm illum
u li nħadem fuq disinn ta’ Emmanuel Buhagiar. Dak iż-
żmien Buhagiar, li għex bejn l-1876 u l-1962, kien fl-
aqwa tiegħu. Huwa ħadem ukoll il-bradella u l-bankun
tal-injam li fuqhom għadha titpoġġa l-vara fil-jiem tal-
festa.
Peress li kienet ilha tinħass il-ħtieġa li lil din l-istatwa,
fl-imkien mal-pedestal tagħha, isirilha restawr estensiv
minħabba ħsarat u interventi li sarulha matul iż-żminijiet,
fl-2014 ittieħdet id-deċiżjoni finali dwar ir-restawr wara
li nġabret parti sostanzjali mill-ispiża li kellha ssir. Ix-
xogħol tar-restawr ġie fdat f’idejn il-kumpanija Atelier
del Restauro tal-Mosta, taħt l-idejn ta’ Valentina Lupo u
Maria Grazia Zenzani, li ħadu ħsieb joħorġu mill-ġdid
id-dehra oriġinali ta’ dan il-kapolavur artistiku.
Il-proċess tar-restawr li nbeda wara l-festa tas-sena tal-
2014 kien jinvolvi ħafna studju u osservazzjoni, kemm
tal-istatwa kif ukoll tan-niċċa. Ix-xogħol kien jinkludi
dokumentazzjoni tal-istatwa fl-istat li kienet tinsab fih,
it-tindif tal-istatwa u t-tneħħija ta’ xelak u verniċ b’mod
li setgħu jinkixfu l-kuluri oriġinali tal-istatwa, u xogħol
ta’ tiswija ta’ ħsarat fl-injam kif ukoll trattament ta’ xquq
u ġonot. Sar ukoll xogħol ta’ preservazzjoni fil-pedestal.
Ix-xogħol proprju tar-restawr ħa madwar tmien xhur.
Il-vara, kif restawrata, twasslet lura fir-raħal ta’ Ħal
Safi għat-tgawdija mill-ġdid tal-Ħal Safin, fl-20 ta’
Awwissu, 2015, ftit jiem biss qabel il-festa titulari li f’dik
is-sena kienet iċċelebrata fit-30 ta’ Awwissu.
Dun Matteolo Saliba Street, Żurrieq Tel: 27 689 256
6:00pm
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
89