Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 87

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Il‑Każin tal‑Banda San Pawl: 90 sena mit‑twaqqif tiegħu Din is-sena jaħbat id-90 anniversarju mit-twaqqif tal-każin tal-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi. Il-każin kien twaqqaf f’Jannar tal-1929 bil-għan li jgħin fl- organizzazzjoni tal-festa tar-raħal u biex iservi bħala lok ta’ rikreazzjoni għas-soċji. Għall-ewwel, il-membri kienu jiltaqgħu f’post mikri f’Misraħ il-Knisja. Fi żmien il-gwerra, il-każin kien inżamm magħluq u reġa’ fetaħ fl-1945. Għal ħafna snin wara, il-każin serva bħala post ta’ rikreazzjoni u mistrieħ għal ħafna Ħal Safin li kienu jmorru jqattgħu ftit tal-ħin fih igegilgu xi tazza nbid ma’ ftit karawett jew xi tazza te jew kafè wara ġurnata xogħol. Fl-1985 il-membri tal-każin kienu qablu li jsir sforz ħalli l-post jinxtara mingħand is-sidien. Lejn tmiem is-sena 1987 beda jinħatt il-bini u minfloku ttella’ bini ġdid. Dan infetaħ uffiċjalment f’Awwissu 1989, minn Dr Lawrence Gonzi li dak iż-żmien kien Speaker tal- Parlament u kien joqgħod Ħal Safi. Minn dak iż-żmien il-każin kabbar sostanzjalment il-ħidma tiegħu, b’mod partikolari fl-organizzazzjoni tal-festi esterni f’ġieħ San Pawl. Twaqqfu diversi sottokumitati, fosthom dak tan-nisa, tan-nar, taż- żgħażagħ u tal-armar. Wara li nbena l-każin il-ġdid kien hemm qbil li l-każin għandu jkollu l-banda tiegħu. Lejn tmiem is-sena 1988 beda jsir it-tagħlim tal-mużika lil dawk interessati u bdew jinxtraw l-istrumenti għal dawk avvanzati fit- tagħlim. It-tagħlim beda jingħata minn Mro Tony Pace, li s-sena li ġejja jiġi ordnat saċerdot, megħjun mis-Sur Anthony Busuttil u Sylvana Camilleri. Il-Banda San Pawl esegwiet l-ewwel kunċert tagħha quddiem il-każin lejlet il-Milied tal-1989, jiġifieri 30 sena ilu. Wara dak il-kunċert, il-banda kompliet tikber u bdiet iddoqq mhux biss fir-raħal imma wkoll f’postijiet oħra. F’dawn l-aħħar snin il-każin daħal għal żewġ proġetti ambizzjużi li jirrikjedu investiment finanzjarju kbir. Dawn huma l-bini ta’ planċier artistiku u x-xiri tal-Palazz Gollcher li jifforma parti mill-blokka ta’ bini fejn hemm il-każin bl-iskop li l-każin ikompli jitkabbar. Sentejn ilu l-każin ħa lura, wara li għalqet il-kirja, ħanut li kien hemm biswit il-bar tal-każin li fi ftit xhur inbidel mil- lejl għan-nhar biex b’hekk seta’ jitkabbar ukoll il-bar tal- każin. G˙al kull xorta ta’ ˙axix frisk u frott irrikorru g˙and SALVU CAMILLERI li jkun ibig˙ fi Triq Ólantun, Óal Safi Tel: 2146 7935 • Mob: 9903 0049 Jawgura l-festa t-tajba lill-Óal Safin kollha 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 85