Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 82

Festa 2019 Każin Banda San Pawl, Safi Grazzi Tessie Is‑Sinjura Tessie Magri mal‑familja tagħha u membri tal‑Kumitat Każin Banda San Pawl Safi fost oħrajn wara li ġiet mogħtija l‑Premju Onorifiċenza Ħal Safi 2019. Matul l-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Premju Onorifiċenza organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi l-Kumitat tagħna nnomina lis-Sinjura Tessie Magri, persuna li tagħti ħafna ħin u sagrifiċċju f’servizz lill-Każin tagħhna bil- ħila tagħha fil-ħjata kif ukoll bl-għajnuna li dejjem toffri madwar il-Każin minn żmien għal żmien. Dan dejjem tagħmlu bla interessi personali u b’dedikazzjoni kbira, bl-istess mod illi tagħmel fil-parroċċa u ma’ dawk fil- bżonn. Grazzi Tessie (u lill-familja tiegħek) ta’ dak kollu li tagħmel għall-komunità Pawlina Ħal Safija. L‑abbati ta’ kulħadd Fid-19 ta’ Ġunju tħabbret il-mewt ta’ Redent Cachia, li kien magħruf sew u maħbub minn bosta fil-komunità ta’ Ħal Safi, fosthom għaliex qatta’ parti kbira minn ħajtu jservi bħala abbati. Kienu ħafna dawk li esprimew sogħba meta tħabbret it-telfa tiegħu kemm fuq il-midja soċjali kif ukoll dan kien irrappurtat fil-mezzi tax-xandir. F’April li għadda Ħal Safi rrikonoxxa l-kontribut ta’ Redent billi nnominah għall- Redent Cachia waqt il‑marċ ta’ filgħodu s‑sena l‑oħra Premju Onorifiċenza. Redent kien iħobb ħafna l-festa ta’ Missierna San Pawl, ma kienx ifalli marċ matul il-ġimgħa tal-festa bl-istess mod li ma kienx ifalli l-quddies ta’ kuljum. Din hija memorja li bosta għandhom ta’ Redent mill-festa tas-sena li għaddiet. Itlob għalina Redent u żommilna post miegħek, ħdejn San Pawl. Kif kont sejjer lejn Damasku leħen Kristu inti smajt Seħħet bidla liema bħala u lil Alla ħajtek tajt. 80 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019