Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 78
Festa 2019
Każin Banda San Pawl, Safi
Kuraġġ u Ħeġġa
Grace D’Amato
Superjura tal-Museum Bniet
Qegħdin niftakru fil-konverżjoni ta’ San
Pawl Missierna. Ħaġa bħal din tagħmlilna
ħafna ġid għax naraw l-umanità tal-
qaddisin. Dawn kienu bnedmin bħalna,
uħud minnhom bid-dnubiet tagħhom
ukoll. Il-konverżjoni vera tħalli s-sinjali
tagħha fl-imġiba tal-bniedem, u hekk ġara
f’Pawlu. Dan il-bniedem, li kien qed
ifittex il-qerda tal-Insara, hekk kif għaraf
lil Kristu nbidel bħal-lejl min-nhar, u
ħajtu saret tfisser ħidma bla waqfien biex
iwassal lil Ġesù fil-qlub tal-bnedmin.
Tagħrif fuq San Pawl
Il-Knisja tiċċelebra l-konverżjoni ta’ San Pawl
minħabba n-natura straordinarja tagħha.
San Pawl kien Lhudi, ta’ ċittadinanza Rumana, edukat
f’Ġerusalemm, u trabba bħala Fariżew akkanit ħafna,
anzi fanatiku għal-Liġi ta’ Mosè. Hekk sar għadu mill-
kbar u persekutur aħrax tal-Knisja Nisranija li kienet
għadha fil-bidu tagħha. Saħansitra akkwista l-awtorità
mingħand il-mexxejja tal-Lhud biex ikun jista’ jarresta
lill-Insara fl-ibliet u fl-irħula u jeħodhom Ġerusalemm
biex jgħaddu ġuri. Nafu li kien preżenti fil-martirju ta’
San Stiefnu.
Meta bejn is-sena 34 u 36, kien sejjer Damasku, biex
jippersegwita lill-Insara, Ġesù stess ikkonvertieh u wrieh
biċ-ċar li l-persekuzzjoni li kien qed jagħmel lill-Insara,
kien qed jagħmilha lilu. “Sawl, Sawl, għaliex qiegħed
tippersegwitani?” Qallu, “Min int, ja Sidi?” Wieġbu,
“Jien hu Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah…” Din il-
ġrajja nsibuha mniżżla fl-Atti tal-Appostli (9:3-27; 22:6-
16; 26:13-18); u San Pawl jagħmel riferenza għaliha f’xi
ittri (1Korintin 15:9-10; Galatin 1:13-16; Efesin 3:6-7).
Il-laqgħa straordinarja tiegħu ma’ Ġesù mhux biss
biddlet ħajtu, u minn persekutur qalil, għamlitu wieħed
mill-ikbar difensuri, għalliema u qaddisin tal-Knisja
Nisranija, iżda kellha effett drammatiku fuq l-istess Knisja.
Wara l-konverżjoni tiegħu, li ġrat għall-ħabta tas-sena
35 A.D., San Pawl għadda aktar minn tliet snin fid-deżert
tal-Arabja jħejji ruħu għall-missjoni li għażillu Ġesù.
Hawn hu kellu diversi rivelazzjonijiet li fihom hu fehem
tajjeb ħafna li Ġesù ta’ Nazaret kien ħaj u li kull ħaġa fis-
sema u fl-art kellha l-milja tagħha fih.
San Pawl fl-ittri tiegħu jsemmi l-konverżjoni tiegħu
fit-triq ta’ Damasku u jattribwiha lill-imħabba ta’ Alla
lejh, u jgħid li min-naħa tiegħu laqa’ l-grazzja li tah
Alla u jgħid li din il-grazzja ma kinitx għalxejn fih. Hu
76
pprova jfassal ħajtu kollha fuq dik ta’ Ġesù
u ħadem għal Ġesù kemm felaħ biex jarah
magħruf u maħbub minn kulħadd, sa wasal
biex qal, “Ngħix mhux jien, imma Kristu
jgħix fija.”
U Jiena?
Faċli niefqu biss fuq il-konverżjoni
ta’ San Pawl, u ma nistaqsux kif din tista’
twassal messaġġ lili llum!
San Pawl għamel l-esperjenza qawwija
tal-grazzja ta’ Alla, li sejħitlu biex, minn persekutur isir
appostlu ta’ Kristu. Il-grazzja ta’ Alla wasslet lilu wkoll
biex ifittex il-komunjoni mal-Insara l-oħra, minnufih,
l-ewwel f’Damasku u mbagħad Ġerusalemm (ara Atti
9:19,26-27). Din għandha tkun l-esperjenza tagħna tal-
fidi. Irridu nħallu lil Alla jkellimna biex, naqra naqra,
nikbru fil-ħajja spiritwali. Aktar kemm nikbru fil-ħajja
spiritwali mbagħad, nifhmu dejjem iżjed li l-grazzja
rridu naqsmuha mal-oħrajn.”
Aħna msejħin biex inkunu xhieda ta’ Ġesù, u ma
nibżgħux nuru li aħna Nsara bil-mod kif ngħixu, kif
nitkellmu, kif inġibu ruħna, bid-deċiżjonijiet li nieħdu…
hekk trid tkun xhud. U m’hemmx għalfejn ikollna
ċ-ċarċir tad-demm biex inkunu xhieda. Pawlu mhux biss
xhud għax ra lil Ġesù, iltaqa’ miegħu fit-triq ta’ Damasku,
imma wkoll appostlu mibgħut. Aħna wkoll mibgħuta fl-
ambjenti differenti tal-ħajja u skont il-vokazzjoni tagħna,
biex inwasslu l-bxara t-tajba tal-Mulej.
Il‑Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku, fl-eżortazzjoni Appostolika
Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew), jgħid li
l-qdusija hi mimlija b’xewqa kuraġġuża li nevanġelizzaw
u nagħmlu differenza fid-dinja tal-lum. Jispjega l-kelma
parrhesia, mill-Grieg, li tfisser il-kuraġġ u l-ħeġġa fix-
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019