Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 75

Każin Banda San Pawl, Safi Il-katekeżi, bħall-edukazzjoni, hija proċess għal tul il-ħajja kollha. Il-katekeżi mhix sempliċiment xi ħaġa li nieħdu sehem fiha sakemm nirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, imma tibda mat-twelid u tkompli sal-mewt. Għalhekk l-ewwel katekisti huma l-ġenituri li jibqgħu hekk tul ħajjithom kollha, u mbagħad hemm dawk li jgħinu lill-ġenituri – is-saċerdoti fil-parroċċa, il- katekisti, u l-gruppi ta’ formazzjoni Nisranija fil-parroċċa, kif ukoll l-għalliema fl-iskejjel. Għalhekk ikun żball li naħsbu li wara li t-tfal jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal- Isqof ma jibqax il-ħtieġa ta’ formazzjoni fil-fidi u l-valuri. Diżgrazzjatament hemm diversi li jaħsbu hekk! Imma r-realtà hi l-oppost. Wara l-Griżma tal-Isqof, meta t-tfal jibdew resqin lejn iż-żgħożija, il-katekeżi hemm bżonnha aktar. Il-membri tal-Museum iħabirku sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ u l-adulti jwieġbu kontinwament għax- xewqa kbira li hemm fil-fond nett ta’ qalb il-bniedem – “Mulej fejn tgħammar?” Permezz tal-Museum, Ġesù jkompli jistieden – “Ejja u ara.” Kontinwament il-Museum, ta’ kuljum, ilaqqa’ lit-tfal u ż-żgħażagħ f’ambjent san. L-attivitjajiet ma jonqsux. Ħruġ, laqgħat u attivitajiet ma jaqtgħux is-sena kollha. Ukoll kull sena tigi organizzata Ġimgħa ta’ Tagħlim għall-parruċċani kollha u għall-grazzja t’Alla n-nies tirrispondi għaliha wkoll. Festa 2019 Quddiesa fil‑bitħa tal‑Museum tas‑subien Inħeġġukom ħafna li titolbu għalina sabiex il-Mulej ikompli jagħtina l-grazzja tal-perseveranza fil-ħidma kontinwa li hu dejjem għandu lesta għalina fl-għalqa tiegħu! L-awgurju tagħna, b’mod speċjali f’din il-festa għażiża ta’ Missierna San Pawl dan hu; li kull wieħed u waħda minna jħabrek sabiex jgħix tajjeb u jipprattika l-valuri u l-fidi. Din kienet u hi x-xewqa ta’ San Pawl u li għaliha ħadem u bata’ u rċieva l-martirju sabiex jara li Ġesù jkun maħbub u magħruf. Sabiex ilkoll inkunu nistgħu ngħidu bħalu, “Imitaw lili ghax jien imitajt lil Kristu.” Il-paċi magħkom. • Rabbit Shoulders • Rabbit Liver • Rabbit Legs • Boneless Rabbit Loin • Rabbit Burgers • Minced Rabbit Meat • Rabbit Kebabs All rabbits and rabbit meat products are produced and processed at our rabbit breeding and processing plant L/O Ûurrieq, Malta Testaferrata Street, Ûurrieq Malta Phone: 2164 2651 • Mobile: 9947 6643 Mdina Road, Qormi ~ Phone: 2149 1640 • Mobile: 9949 1640 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 73