Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 73

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Inkomplu nibnu fuq il‑passi ta’ Missierna San Pawl! Jonathan Brincat Superjur Museum Subien Il-Museum fil-Parroċċa hu barka minn Alla b’mod speċjali għall-parruċċani! Mhux kullimkien issib id-djar tal-Museum, inkluż postijiet f’Malta. Ħal Safi għad għandu din il-grazzja li l-Museum għadu ħaj u fih jilqa’ kuljum tfal u żgħażagħ biex jiffurmaw ruħhom fil-prinċipji u l-valuri Nsara li jissarrfu fil-ħajja tagħhom, fl- għażliet u l-mumenti ta’ deċiżjonijiet li jkollhom jieħdu matul il-ħajja. San Ġorġ Preca bl-umiltà kollha kien jgħid li l-fundatur tas-soċjetà tal-Museum hu Missierna San Pawl għalkemm kulħadd jaf li Dun Ġorġ kien li beda l-Museum. Kellu devozzjoni kbira lejn dan il-qaddis u ried li l-membri jkunu midħla tal-ħajja u l-kitbiet tiegħu b’mod speċjali tas-sentenzi qawwija u profondi li kien jikteb u jgħid. Infatti, kemm fil-25 ta’ Jannar, fit-tifkira liturġika tal-konverżjoni u kif ukoll fl-10 ta Frar, in- nawfraġju, San Ġorġ Preca kitbilna żewġ programmi sbieħ u li fihom nieqfu u nixtarru minn xiex għadda dan il-qaddis kbir għall-imħabba u l-ġenn li kellu għal Sidna Ġesù Kristu. San Ġorġ Preca ried li nimitaw lil Missierna San Pawl b’mod speċjali fil-predikazzjoni mingħajr biża’ kontra l-kurrenti ta’ madwarna! San Ġorġ Preca kien spiss itenni li ħadd ma jagħti minn dak li m’għandux. Għalhekk waqqaf soċjetà fuq pedament sod, fuq Kristu u l-valuri tiegħu. Qed ngħixu f’ħajja wisq mgħaġġla u sofistikata, fejn kollox kemm tagħfas buttuna jew tmiss sempliċiment screen! U dan jista’ jaljenana u jitfagħna mexjin b’rasna mgħaddsa ’l isfel fejn moħħna jkun kontinwament medhi f’affarijiet li fil-verità mhumiex essenzjali għalina! Bil-konsegwenza li nżommu l-kuntatt ta’ subgħajna u għajnejna fissi mal-iscreen u għall-kuntrarju l-ebda kuntatt tanġibbli u reali ma’ min hu l-iktar fil-qrib tagħna u li għandu bżonna. Aħna konvinti li l-ġenituri jixtiequ l-aqwa ġid lil uliedhom u li lesti li jinvestu għall-ġid ta’ wliedhom. Għiduli ftit x’ġid akbar hemm milli l-ulied jitilgħu nies ta’ valuri tajbin. Ħafna mill-problemi li qed jiffaċċjaw ruħhom magħhom iż-żgħażagħ tal-lum huma marbutin ma’ kriżi ta’ valuri. U proprju dan huwa l-għan tas-soċjetà tal- Museum, li naħdmu id f’id mal-ġenituri/ nanniet, sabiex l-ulied li għada pitgħada jkunu l-ommijiet u l-missirjiet, ikunu kapaċi jħabbtu wiċċhom mal-isfidi li toffri l-ħajja tal-lum. Santu Wistin, wara li kien jaf x’joffri Alla u x’joffru l-valuri ta’ dinja mingħajr Alla, niseġ talba lil Alla, “Inti ħlaqtna għalik, o Alla, u qalbna ma ssibx mistrieħ jekk mhux fik.” Int li qed taqra dan l-artiklu temminha xejn din l-istqarrija? San Ġorġ Preca kien jgħallem u jipprietka u kulħadd kien jibqa’ ssummat iħares lejh u jixtarr bir-reqqa kull kelma li kienet toħroġ minn fommu. Kien bniedem t’Alla. Kien jinħass li hu qaddis! Kien iħobb isemmi diversi sentenzi li xtaq li jkunu ripetuti diversi drabi matul il- ġurnata. Dawn insejħulhom ġakolatorji. Biex nagħti xi ftit eżempji: “Sinjur Alla, jien għandi bżonnok.” “Jekk trid tagħti xi ħaġa lil Alla, ibgħathielu mal- proxxmu.” “Grazzi, Sinjur Alla u aħfirli, Sinjur Alla.” Fil-laqgħat tiegħu kien kontinwament jitkellem fuq Alla. Kien bniedem t’Alla u allura din kienet magħġuna sew fih. Mistoqsija li kien iħobb jibni fuqha d-diskorsi tiegħu mat-tfal kienet din: “X’inhu jagħmel bħalissa Alla? Alla bħalissa qiegħed iħobb!” Temminha xejn int din? Tfal tal‑Mużew waqt ħarġa l‑Belt Valletta Min huma l‑Membri tal‑Museum? Is-soċji tal-Museum huma nies li għandhom vokazzjoni partikulari. Huma msejħin minn Alla biex jingħataw kollhom kemm huma lilu u bħala riżultat ta’ hekk, iħabirku biex ħaddieħor ukoll jingħata lil Alla. Dak huwa l-ogħla u l-aqwa ideal li jista’ jilħaq il-bniedem. Meta ngħidu li t-tfal u ż-żgħażagħ tal-parroċċa jattendu l-Museum inkunu qed nifhmu aktar minn sempliċiment li tingħata informazzjoni dwar temi reliġjużi. Kieku kien ikun biżżejjed li wieħed isib xi żewġ kotba tajbin u jaqrahom. Fil-Museum it-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw katekeżi, jew aħjar, formazzjoni fil-fidi, li tgħinhom jibnu ħajjithom fuq valuri sodi. 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 71