Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 47
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Ingħaqdu mal‑Banda San Pawl Safi
Charles Wallace Suda
Ass. Surmast
Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u reġgħet
waslet festa oħra ad unur San Pawl. Bħalissa
għandi żewġ alljievi studenti taħti; Janica
Koustas u Sadie Scicluna, it-tnejn fuq il-
klarinett. Nappella lil dawk il-ġenituri
li t-tfal tagħhom ikollhom ix-xewqa li
jitgħallmu strument bħall-klarinett, il-
flawt jew is-sassofonu biex jiġu kull nhar
ta’ Erbgħa fil-każin Banda San Pawl fejn
wara l-5pm jkunu qed isiru lezzjonijiet
bla ħlas offruti mill-kumitat tal-banda.
Din hija opportunità ta’ tagħlim b’xejn li m’għandkomx
titilfu u li minnha wliedkom jistgħu jgawdu biss.
Nawgura l-festa t-tajba lill-president
u lill-kumitat kollu, lid-delegat tal-banda
s-Sur Emanuel Zahra u lill-bandisti tal-
post, kif ukoll lis-Surmast Mro Michael
Bugelli. Insellem lis-sottokumitati kollha
fi ħdan is-Soċjetà kif ukoll lill-kappillan,
lis-sindku u lill-kunsillieri kollha. Fl-aħħar
u mhux l-inqas, awguri lill-poplu kollu ta’
Ħal Safi.
Viva l-Banda San Pawl!
Viva San Pawl!
Il-kunsillier Publius Abdilla filwaqt
li jirringrazzja lil dawk kollha li
b’xi mod urewh appo©© fl-elezzjoni
tal-Kunsill Lokali, jixtieq jawgura
il-festa t-tajba tal-Patrun tag˙na
l-Appostlu Missierna San Pawl.
VIVA SAN PAWL
Mob: 99233077
Email: [email protected]
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
45