Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 35
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Jikteb il‑Licensee
Aaron Zammit
Reġgħet waslet festa oħra. Din is-sena
qed niċċelebraw il-175 sena mill-wasla tal-
vara artistika ta’ Missierna l-Kbir San Pawl
fir-raħal tagħna Ħal Safi. Min jaf kemm
ferħu missirijietna f’dawk iż-żminijiet
meta raw il-ħolma tagħhom issir realtà fil-
knisja tagħna!
Għaldaqstant aħna, il-ftit nies li qegħdin
fil-post tan-nar, ħejjejna programm kif
jixraq b’sagrifiċċji u tbatijiet kbar waqt
li bogħod mill-familji tagħna, ħdimna
lkoll għal din il-festa kif jixraqlu Missierna San Pawl.
L-impenn huwa kbir u bilkemm tista’ tmur għax-
xogħol. Għalhekk ma nagħmilx garanzija li dan ix-
xogħol ser jibqa’ jsir jekk ma jkunx hemm għajnuna u
kollaborazzjoni li nippretendi li tkun mingħand kulħadd.
Nixtieq ukoll ngħid lil dawk kollha li għandhom il-post
tan-nar għal qalbhom li jekk iridu li l-post tan-nar jibqa’
jiffunzjona jġibu l-liċenzja meħtieġa.
Din is-sena ħadna sehem fl-attività li kienet
organizzata mir-Reġjun ta’ Nofsinhar f’Birżebbuġa.
Ukoll ibbenifikajna minn fondi li ngħataw mill-Kunsill
Malti għall-Arti biex tisaħħaħ is-sigurtà fil-post tan-
nar. Il-fondi li ngħatajna s-sena l-oħra ntużaw biex ġew
installati CCTV cameras flimkien ma’ sistema ta’ allarm,
bdil ta’ bibien u xatba ġdida. Bil-fondi ta’ din is-sena
hemm ippjanat li ssir ġiebja għall-ħażna tal-ilma flimkien
ma’ passaġġi fil-post tan-nar. Grazzi għal dan imur lill-
Ministru Dr Owen Bonnici.
Mill-festa l-oħra ’l hawn tlifna lil Joseph Callus
(Żużu ta’ Manna) li kien jagħtina pariri u jgħallimna fuq
ix-xogħol tan-nar li hu stess ħadem għal għexieren ta’
snin. Grazzi Żuż tax-xogħol li wettaqt għall-festi tul is-
snin. Żużu kien iħobbu l-post tan-nar u kien wieħed minn
dawk li ġera u rsista kemm felaħ
biex isir dan il-post tan-nar.
Qatt minsi Żuż minn sħabek Ħal Safin.
Nimmisjawk immens u ħarisna.
Sfortunatament kien nhar is-Sibt 4 ta’
Mejju fejn b’telefonata spiċċajna ċċassati
bit-telfa ta’ żagħżugħ fil-fjur ta’ ħajtu
f’inċident hekk sfortunat ta’ Christen
Cachia (tal-Feles) li għal xi żmien kien
licencee tal-post tan-nar. Strieħ fis-sliem
Chris.
Grazzi kbira tmur lis-Sur Charles
Polidano u lis-Sinjura tiegħu Josephine
Polidano tal-ikliet li għamlulna f’Monte Kristo bil-qliegħ
kollu jmur għan-nar, għall-planċier u għall-proprjetà li
akkwista l-każin. Minn qiegħ qalbi nirrigrazzjahom u
ninsab ċert li min għandu l-festa ta’ San Pawl għal qalbu
ikun grat lejhom u jattendi għall-ikliet li jiġu organizzati
matul is-sena.
Nirringrazzja wkoll lill-Ministru tal-Infrastruttura Dr
Ian Borg talli għamlilna t-triq li tagħti għall-post tan-nar
bl-asfaltar u l-konkos.
Grazzi lis-Sindku u l-membri kollha tal-Kunsill
Lokali tal-kollaborazzjoni li dejjem insib mingħandhom,
lill-kappillan, lill-Kumitat Ċentrali u s-Sottokumitati tal-
Każin Banda San Pawl u lill-barman tal-każin.
Grazzi kbira lil sħabi li jkunu miegħi ta’ kuljum fil-
post tan-nar u grazzi lill-familji tagħna tal-paċenzja li
jieħdu bina u tas-sagrifiċċji li jagħmlu magħna biex aħna
nkunu nistgħu nkomplu bil-ħidma tagħna. Grazzi minn
qalbi lil Michael Brockdorff li għal darb’oħra bis-saħħa
tiegħu stajna nżommu l-post tan-nar miftuħ tista’ tgħid
kuljum matul is-sena.
Grazzi lil kull min għen b’xi mod jew ieħor. Nawgura
l-festa t-tajba lill-Ħal Safin kollha.
Viva San Pawl!
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
33