Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 27
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Ħidmet iż‑Żgħażagħ
mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Ħal Safi
Il-festa għalina mhijiex biss ċelebrazzjoni fl-aħħar
ġimgħa ta’ Awwissu, iżda ċelebrazzjoni li ngħixuha tul
is-sena kollha. Hija parti kbira mill-identità ta’ Ħal Safi u
daqstant ieħor tagħna ż-żgħażagħ Pawlini li lkoll naħdmu
b’impenn għal din is-Soċjetà, li hija t-tieni dar tagħna.
Il-ħidma tagħna f’dan il-kumitat hi li niġbru l-fondi
għall-ispejjeż li l-każin għandu u għall-festa li hija tant
għal qalbna. Diversi attivitajiet ġew imħejjija fosthom
BBQs, ikliet, festini għat-tfal, car wash, maratona liedna
u oħrajn. Ħadna sehem ukoll fil-festa tan-nar, kemm
fl-Imqabba kif ukoll f’dik ta’ Birżebbuġa fejn armajna
stand tal-ikel filwaqt li gawdejna n-nar mill-isbaħ imħejji
mill-kamra tan-nar tas-Soċjetà tagħna. F’Jannar tħejja
l-kalendarju għas-sena 2019, grazzi għall-isponsors
li mingħajrhom ma kienx ikun possibbli, filwaqt li
nirringrazzjaw ukoll lil Stephen Baldacchino, Carl
Farrugia, Dorian Baldacchino, u William Grech għar-
ritratti. Tul ix-xhur ma naqasx milli nħejju xi ħaġa tal-
ħelu flimkien ma’ Ikel Safi (ta’ Alexis Callus). Għamilna
‘bews’ taċ-ċikkulata u prinjolata poppers li mbagħad
ġew mibjugħa bħala fundraising.
Is-sehem taż-żgħażagħ fih l-aspett ta’ tagħlim u
dak soċjali wkoll. Fi żmien il-Milied ħadna sehem fl-
attivitajiet li saru fil-parroċċa, kif ukoll ħadna sehem
fil-via sagra li saret b’kollaborazzjoni mas-Safi Drama
Group. F’Mejju li għadda kellna laqgħa interessanti ferm
fil-każin stess, ma’ diversi żgħażagħ minn pajjiżi differenti
Ewropej fejn flimkien iddiskutejna l-parteċipazzjoni
attiva fil-lokalitajiet tagħna u ressaqna ideat rigward is-
sehem tagħna fis-soċjetà ta’ kif nistgħu intejbu l-aspett
kulturali, tradizzjonali u soċjali fost l-oħrajn. Grazzi għal
din il-laqgħa u proprju grazzi lil Alexis Callus u Ryan
Cefai Mercieca tal-opportunità, żewġ żgħażagħ mil-
lokalità tagħna; Enya Putignano u Anthea Tabone, ħadu
sehem f’laqgħa tal-MIJARC Europe li saret fil-Bulgarija
f’Lulju li għadda, fejn kienu parti mid-delegazzjoni
Maltija.
Hekk kif tkompli toqrob il-festa, l-attivitajiet, it-
tħejjijiet u l-impenji jkomplu jiżdiedu u bħal kull
sena ħejjejna l-gear, kif ukoll marċ ġdid, miktub minn
Daniel Mangion u kantat minn Stephen Mizzi. Tul il-
ġimgħa tal-festa se jiġi organizzat il-pasta night fil-
pjazza b’divertiment ma’ diversi kantanti Ħal Safin, kif
ukoll ma’ Joe Demicoli. It-Tlieta, wara l-fiera, se jiġi
organizzat il-BBQ, imbagħad il-Ħamis, waqt is-serata
tal-planċier se nippreżentaw is-somma miġbura tul is-
sena waqt l-attivitajiet organizzati, lill-Kumitat Ċentrali.
Mument ta’ sodisfazzjon li jsarraf sena sħiħa ta’ ħidma
u dak kollu li l-istess ħidma ġġib magħha – sagrifiċċji
– iżda mill-qalb u tim li jikber fih innifsu. Dan kollu
jagħmel din il-ħidma possibbli. Ma tonqosx il-ħidma u
l-parteċipazzjoni tagħna fil-kumplament tal-attivitajiet
mħejjija tul il-ġimgħa tal-festa, kemm dawk esterni, kif
ukoll interni.
Bħala kumitat ngħaddu r-ringrazzjamenti tagħna lil
kull min jgħinna b’xi mod jew ieħor. Grazzi lill-isponsors
li dejjem ikunu ta’ sostenn, u lill-kumitati kollha fi
ħdan is-Soċjetà tagħna għall-ħidma mwettqa. Grazzi
lill-voluntiera li jgħinu fl-attivitajiet, fosthom Saviour
Grixti, Noah Agius, Dylan Caruana, Naomi Pisani,
Alexis Callus, Frans il-Barman u Rodianne Bonnici
Monreal u lilkom li tattendu għall-istess attivitajiet
organizzati. Grazzi lill-kunsill lokali u lill-parroċċa li
kull meta mitluba l-għajnuna tagħhom, dejjem kienu ta’
appoġġ. Grazzi lis-Sinjura Tessie Magri tal-għajnuna
li tagħti f’diversi attivitajiet speċjalment fil-wirja tal-
Ġimgħa l-Kbira, il-via sagra u l-festa, b’mod partikolari
fejn jirrikjedi l-armar, fost oħrajn. Ilkoll bħala żgħażagħ
nawgurawlha wkoll għall-Premju Onorfiċenza f’Jum
Ħal Safi li għalih ġiet innominata mill-membri tal-każin
stess. Tassew premju mistħoqq.
Tislima mill-qalb u grazzi għal ħidmiethom lil ħutna
Pawlini li qed igawdu lill-Ħallieq u lil Missierna San
Pawl; li tant stinkaw u rsistew għall-festa tiegħu fosthom
dawk li marru għall-ħajja eterna fix-xhur li għaddew;
Joseph (Żużu) Callus, Carmelo (Nenu) Zahra, Christen
Cachia, u Redent Cachia. Tislima lil kull wild Pawlin.
Il-ħidma mwettqa minnhom fi ħdan is-Soċjetà mhu se
tkun minsija qatt u għal dejjem apprezzata flimkien mal-
memorji sbieħ tagħhom li huma ħallew lil kull min kien
jafhom.
Grazzi mill-qalb lilhom u lil kull individwu, dawk
li kienu preżenti fil-passat u fil-preżent li b’xi mod
jew ieħor kienu ta’ għajnuna, taw is-sehem, il-ħin u
l-kontribut tagħhom fil-każin Banda San Pawl.
Is-sezzjoni Żgħażagħ Pawlini, ilkoll flimkien,
nawguraw il-festa t-tajba lill-Ħal Safin kollha u ejjew
sabiex ilkoll flimkien mhux biss inġeddu minn sena għal
sena din il-festa tant għal qalbna, iżda ngħixu tassew
l-għemil u t-tagħlim tax-Xandar tal-Ġnus, tal-Kbir
Appostlu Missierna San Pawl.
Viva San Pawl!
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
25