Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 25
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Sottokumitat Nisa
Għaddiet sena oħra u l-festa tal-Appostlu Missierna
San Pawl reġgħet magħna. Nistgħu ngħidu li kellna sena
oħra mimlija b’attivitajiet. Organizzajna coffee morning
kull xahar kif ukoll kellna lotterija ta’ kull ġimgħa. Dawn
l-attivitajiet isiru biex inkomplu ntaffu l-ispejjeż tal-
każin. L-attività ewlenija hija bla dubju l-Lejla Maltija li
tirrikjedi ħafna xogħol u preparamenti. Bla dubju dawn
l-attivitajiet ma jistgħux isiru jekk mhux bil-konkorrenza
tan-nies.
Ma nistax nagħlaq dan il-messaġġ mingħajr ma
nirringrazzja lilkom li dejjem tattendu bi ħġarkom għall-
coffee mornings, nirringrazzja wkoll lis-Sinjura Pauline
Wallace li tagħtina daqqa t’id fit-tindif tal-każin kif ukoll
lis-Sinjura Janice Azzopardi li pprovdiet rigali biex
jingħataw lil kull min attenda l-coffee mornings. Fl-aħħar
nirringrazzja lil sħabi tal-kummissjoni nisa, lill-President
tas-Soċjetà s-Sur Pawlu Busuttil u lis-Segretarju s-Sur
Manwel Debono li dejjem jagħtu l-għajnuna tagħhom fl-
organizzazzjoni tal-attivitajiet li nagħmlu.
F’isem dan is-sottokumitat nixtiqilkom il-festa t-tajba
filwaqt li nħeġġiġkom sabiex tattendu bi ħġarkom fl-
attivitajiet li ser isiru matul il-ġimgħa tal-festa, kemm
fil-knisja kif ukoll fuq barra.
Viva San Pawl, il-patrun tal-Ħal Safin. Nitolbuh jitfa’
l-barka fuq il-familji u l-morda tar-raħal tagħna.
Attendenza mill-isbaħ waqt il-coffee mornings b'risq il-festa ta’ Missierna San Pawl.
Grazzi lil dawk kollha li jattendu bi ħġarhom.
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
23