Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 19
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Jikteb il‑Kaxxier
Martin Zammit
Il-festa reġgħet magħna. Din hija
l-wieħed u għoxrin darba li qed niktbilkom
fil-kariga ta’ kaxxier tal-Każin Banda San
Pawl Ħal Safi. Dawn jingħaddu flimkien
ma’ snin oħra fejn kont attiv fil-każin u fejn
rajt ħafna żviluppi pożittivi b’risq il-festa.
Din is-sena b’mod partikolari qed
infakkru d-90 sena minn mindu twaqfet
is-Soċjetà tagħna kif ukoll 30 sena mit-
twaqqif tal-Banda San Pawl u tal-bini mill-
ġdid tal-Każin. Taħbat ukoll il-175 sena
fostna tal-istatwa tant għal qalbna meqjuma fil-knisja
tagħna, dik li ġġib ix-xbiegħa tal-Appostlu Missierna
San Pawl, ta’ dak iż-żagħżugħ tassew qalbieni mibgħut
minn Alla. Li b’tant kapaċità tal-artist u tar-restawraturi
llum qegħdin ingawduh fl-aqwa tiegħu.
Dawn il-ġrajjiet li qed infakkru huma tant għeżież
għalina l-Ħal Safin. Illum aħna qegħdin inkomplu fuq
passi missirijietna u qed naraw kif insostnu u nżidu ma’
dak li ħallewlna. Bħal fl-imgħoddi, illum ukoll, dan
huwa biss possibbli bl-għajnuna finanzjarja tagħkom
u ta’ dawk il-benefatturi li tant irrid nuri apprezzament
lejhom.
Il-ħidma tal-kumitat u tal-għaqdiet tas-Soċjetà huma
vitali biex nibqgħu mexjin ’il quddiem. Inħossni kburi li
dejjem irnexxielna niftiehmu fl-aħjar interess ta’ kulħadd
biex sena wara sena qed norganizzaw ċelebrazzjonijiet
aktar organizzati fil-jiem tal-festa.
Inħeġġeġ biex aktar żgħażagħ jissieħbu bħala soċji
mas-Soċjetà tagħna għaliex hija bis-saħħa tas-sehem
tagħhom li l-futur tal-każin ikun garantit meta dawn jiġu
biex jieħdu postna fit-tmexxija tiegħu.
Għax, wara kollox, aħna m’aħniex hawn
għal dejjem. Kull Pawlin, kull resident
ta’ Ħal Safi, għandu jħoss ġibda lejn
l-Appostlu Missierna San Pawl. Is-sħubija
hija miftuħa għal kulħadd, u dan huwa mod
ieħor ta’ kif tistgħu tkunu ta’ għajnuna lil
dan il-każin. Ejjew insaħħu dan il-wirt li
ħallewlna missirijietna.
Nirringrazzja lis-sottokumitati tas-
Soċjetà tagħna li kollha huma ħabrieka fil-
ħidma tagħhom u li bis-saħħa tagħhom jinġabru ħafna
fondi u ssir ħafna ħidma b’risq il-festa.
Nappella li tużaw is-servizzi tal-benefatturi tagħna u
ta’ dawk li jagħtu appoġġ u riklamar f’dak kollu relatat
mas-Soċjetà. Meta tużaw is-servizzi tal-Banka tal-Lottu
fi Triq l-Iskola tkunu qegħdin tgħinu lill-Każin tagħna
wkoll. Jekk nibqgħu nsaħħu din il-katina, jiena ċert li fis-
snin li ġejjin inkunu nistgħu tassew insostnu l-attivitajiet
tagħna u nkomplu nkabbru l-festi li nagħmlu.
Appell li naf li se tirrikorru għalih; komplu għinu
fil-fondi relatati mal-planċier u mal-investiment tal-bini
tal-każin. Dawn huma żewġ ġojjelli li tistgħu taraw,
tapprezzaw u tgawdu lkoll. Dawn huma kollha wirt il-Ħal
Safin. 90 sena minn hawn, il-werrieta tagħna ser isibuhom,
igawduhom u jifirħu bihom bħalma aħna nagħmlu llum.
Din hija t-tradizzjoni tagħna, ejjew nindukraw lil uliedna
biex fil-futur ikunu huma li jkomplu jgħoddu s-snin ta’
din is-Soċjetà u tal-wirt Pawlin ta’ dan ir-raħal.
Nawguralkom festa mimlija saħħa u ferħ.
Viva San Pawl!
O San Pawl ħarisna dejjem,
ibqa’ żommna magħqudin
Int ir-ragħaj li tieħu ħsiebna,
int patrun ta’ Ħal Safin.
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
17