Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 175
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Innu lil San Pawl
F’dan il-jum għażiż għalina
Qalbna tħeġġeġ bin-nirien,
li jitnisslu mill-imħabba
Lejn min tana l-ħelsien.
Mill-irbit tal-paganiżmu
Hu mexxina lejn id-dawl
Nagħtuh qima, ġieħ u glorja
Lil missierna l-kbir San Pawl.
Ieqaf magħna, ħares fuqna,
Waqt il-ħfief jittajru s-snin,
Itfa’ l-barka, itfa’ s-sliema
Fuq uliedek, Ħalsafin.
Kont għatxan għad-demm nisrani
Dakinhar li tlaqt armat
Mas-suldati lejn Damasku
Mogħti l-barka tal-kbarat.
Iżda malli qrobt biex tasal,
Niżel dawl, iż-żiemel tar;
Inti waqajt u kellmek Alla,
Hekk li fik miraklu sar.
Ieqaf magħna, ħares fuqna,
Waqt il-ħfief jittajru s-snin,
Itfa’ l-barka, itfa’ s-sliema
Fuq uliedek, Ħalsafin.
Fil-belt mort għand Ananija
Hemm stajt tagħraf lill-Ħallieq.
Ksibt id-dawl fir-ruħ, fil-ġisem
Qalbek sabet li tixtieq.
Minn hemmhekk tlaqt, dort id-dinja
Ta’ Ġesù t-tagħlim xandart
U fil-medda ta’ mixjietek
Ħsibt ukoll f’din naqra t’art!
Ieqaf magħna, ħares fuqna,
Waqt il-ħfief jittajru s-snin,
Itfa’ l-barka, itfa’ s-sliema
Fuq uliedek, Ħalsafin.
Kliem: Paul Callus
Mużika: Anton Muscat Azzopardi
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
173