Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 171
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Baned Mistiedna
L‑Erbgħa 21 ta’ Awwissu 2019
Socjetà Filarmonika Santa Marija Mosta
Is-Soċjetà Filarmonika Santa
Marija
tal-Mosta
twaqqfet
uffiċjalment fl-1905. Madankollu
hemm ħjiel ċar li diġà kienet teżisti
għaqda qabel dik is-sena. L-ewwel
President tal-każin kien is-Sur
Cesareo Chetcuti.
Fl-2001, flimkien mas-Soċjetà
Filarmonika Nicolò Isouard, ħadet sehem fi programmi
mużikali fl-Iżvizzera. L-aktar mument memorabbli kien il-
programm mużikali li ttella’ fis-sala tal-assemblea ta’ Palais
de Nation, f’Ġinevra.
Bejn it-23 u l-25 ta’ Jannar 2004 il-banda ħadet sehem
f’festival prestiġjuż San Remo in Fiore li kellu t-tema
tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea. Is-Soċjetà rrappreżentat
lil Malta u magħha tellgħet tfajla Maltija li libset kostum
Malti. Hi akkumpanjat il-banda fuq karru dekorat bil-
fjuri bl-isem ‘Malta Porta dell’Oriente’. F’din l-okkażjoni
l-banda żanżnet uniformi tax-xitwa ġdida u l-bandisti,
b’ġakketta maroon, immarċjaw matul it-toroq ta’ San
Remo. F’Diċembru 2004 l-ensemble tal-Banda Santa
Marija ta żewġ rappreżentazzjonijiet f’Ragusa, fi Sqallija,
fl-okkażjoni tal-ġemellaġġ bejn il-Mosta u Ragusa.
Is-Soċjetà tħaddan fiha wkoll is-sezzjoni tal-piroteknika,
is-sezzjoni żgħażagħ, il-kummissjoni banda u gruppi ta’
ħidma oħra. Din is-Soċjetà hi waħda ferm ħajja, attiva, u
preżenti fil-komunità tal-Mosta.
Il‑Ħadd 24 ta’ Awwissu 2019
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa
A.D. 1990
Is-Soċjetà twaqqfet fl-14 ta’
Jannar 1990 bl-għan li xxerred
l-interess mużikali bandistiku
f’Birżebbuġa; tkabbar il-festa
titulari ta’ San Pietru Appostlu tal-
istess lokalità u tieħu sehem fil-
ħajja kulturali ta’ Birżebbuġa.
Mil-lat soċjali tagħha s-Soċjetà tiftaħar bis-sede
proprjetà tagħha ‘Ġawhra San Pietru’, li rnexxielha tixtri,
twaqqa’ u tibni mill-ġdid. Matul is-snin is-sede kompliet
titkabbar billi nxtraw bosta proprjetajiet imissu magħha,
tant li llum is-sede ta’ din is-Soċjetà żbukkat ruħha fil-
pjazza tal-knisja.
Fl-1991 is-Soċjetà kkummissjonat statwa sabiħa ta’
San Pietru biex tintuża fid-dimostrazzjoni tal-aħħar tridu.
Din inħadmet mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi u hija
meqjusa bħala waħda mill-ifjen xogħlijiet tiegħu. Fis-sena
1999, grupp ta’ nies irregalaw lis-Soċjetà statwa tal-irxoxt,
liema statwa saret dimostrazzjoni biha fl-istess sena. Ġara
li nqala’ diżgwid kbir mal-awtoritajiet tal-Knisja, iżda wara
18-il sena ta’ inibizzjoni, fl-2017 il-kurja tat il-kunsens
tagħha biex din tibda terġa’ tinħareġ.
Matul is-snin is-Soċjetà rebħet ukoll diversi unuri
nazzjonali relatati ma’ presepji u armar varju tal-Milied
fosthom dak tal-2005. Fis-sena 2016 l-għaqda tan-nar 22
ta’ Frar, li topera fi ħdan is-Soċjetà rebħet l-unur prestiġjuż
għall-aqwa prodotti pirotekniċi fil-festival tal-logħob tan-
nar tal-art tal-Furjana f’kompetizzjoni qalila mal-aqwa
kmamar tan-nar f’pajjiżna.
Il‑Ħadd 24 ta’ Awwissu 2019
Socjetà Filarmonika Stella Maris Sliema
Lejn it-tieni nofs tas-seklu
dsatax Tas-Sliema kienet diġà qed
tieħu xejra oħra. Ma baqgħetx dak
ir-raħal kwiet ta’ xi erba’ sajjieda u
ftit għonja li kienu bnew il-postijiet
ta’ villeġġjatura fil-post. Dan it-
tkabbir wassal sabiex il-knisja ta’
Stella Maris titkabbar u fl-1878 issir parroċċa ewlenija
f’Tas-Sliema b’konfini li jestendu mill-Imsida sa San Ġiljan.
Tlettax-il sena wara nġiebet minn Pariġi l-istatwa artistika u
devota ta’ Marija Kewkba tal-Baħar. L-ewwel festa titulari
f’ġieħ Marija Stella Maris saret fl-1855, ġimgħa wara li
nfetħet u tbierket il-knisja.
L-ewwel banda f’Tas-Sliema taf il-bidu tagħha fl-1886
bit-twaqqif ta’ I Cavallieri di Malta. Kien hemm baned oħra
li nibtu iżda dawn mietu mewta naturali. Kien biss fl-1914
li grupp ta’ żgħażagħ u rġiel avviċinaw lill-Kappillan Dun
Vincent Manché li laqa’ tajjeb din l-idea u kien wieħed
mill-fundaturi taċ-Circolo Musicale Stella Maris. L-ewwel
Surmast Direttur kien Mro Ferdinando Camilleri.
Fl-1925 il‑Filarmonica Stella Maris kienet l-ewwel
banda Slimiża li daqqet barra minn Malta waqt il-festa ta’ San
Corrado f’Noto. Fl-1933 l-banda kompliet tikber sal-punt li
daħlu ħafna membri ġodda u kien ordnat stumentatura ġdid
mingħand id-ditta famuża Boosey & Hawkes. Dan kien
żmien tad-deheb għall-banda, iżda kollox sfaxxa mat-Tieni
Gwerra Dinjija li ħalliet ħerba fil-ħajja soċjali tal-post.
Mas-snin ta’ wara l-gwerra u l-iżvilupp tal-post, il-
kumitat ra li t-tradizzjoni tal-festi u l-banda jitkomplew. Fl-
2005 kienet l-ewwel banda Maltija li daqqet waqt il-Malta
Day f’Londra. Fl-2014 il-banda fakkret il-mitt sena mit-
twaqqif tagħha u fis-snin ta’ wara kompliet isservi mis-sede
tagħha mill-pjazza prinċipali ta’ Tas-Sliema fejn għadha
ħajja u attivà.
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
169