Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 167

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Dokument relatat mal‑pedestall tal‑vara ta’ San Pawl Antonio Sciortino, 1879‑1947 (Skultur) li b’xi mod influwenza d‑disinn finali tal‑pedestall maħdum minn Emanuel Buhagiar l-Professur Antonio Sciortino kellu jagħti lill-kappillan sabiex dan id-disinn jiġi modifikat skont il-kapaċità artistika u professjonali ta’ Sciortino. Huwa interessanti l-fatt li dan id-dokument jista’ jagħtina informazzjoni oħra li forsi ma konniex nafu fuq il-bijografija ta’ Antonio Sciortino (1879-1947). L-iskultur Żebbuġi, magħruf għal bosta xogħlijiet artistiċi tiegħu, fosthom Les Gavroches u Kristu Re, kien jifforma parti mill-“Giunta per la Tutola della antichita ecclesiastiche.” 4 Xogħlu fil-kurja kien li jgħaddu minn taħt idejh id-disinji ta’ ċerti opri artistiċi li jkunu ppreżentati mill-kappillani u jagħti l-pariri tiegħu fuq dawn ix-xogħlijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu approvati minnu u mis-segretarju tal-kurja. B’hekk il- kappillan ippreżenta disinn ieħor fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lilu minn Sciortino. Wara li dan it-tieni disinn kien studjat sew, il-kurja approvatu fl-14 ta’ Mejju 1940. (Madwar xahar wara, Mussolini kien iddikjara gwerra kontra l-Ingilterra u l-kolonji tagħha u b’hekk fil-11 ta’ Ġunju 1940 il-gżejjer Maltin kienu awtomatikament involuti fit-Tieni Gwerra Dinjija.) Minn dan id-dokument joħorġu diversi aspetti importanti marbutin mal-proċess ta’ dan il-pedestall. L-aktar ħaġa interessanti marbuta ma’ dan id-dokument, ħarġet fi studju li kien għamel Mark Sagona dwar il-ħidma artistika ta’ Emanuele Buhagiar fl-arti ekkleżjastika. Sagona, b’referenza għall-pedestall tagħna, isemmi tliet disinji. 5 Tnejn jinsabu f’kollezzjoni privata filwaqt li l-ieħor jinsab fis-sagristija tal-knisja tagħna. Dan tal- aħħar diġà għamilt referenza għalih. Għaldaqstant dan ir-rikors jixhed li dan id-disinn li jinsab fis-sagristija ma kienx ippreżentat lill-kurja bħala parti mit-talba tar- rikors, għax huwa datat fis-7 ta’ Settembru 1939 filwaqt li l-ewwel disinn kien ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 1939 u kien irtirat mill-applikazzjoni fil-15 ta’ Lulju 1939. Iż-żewġ disinji l-oħra huma simili ħafna għall-pedestall tagħna imma sfortunatament l-ebda wieħed minnhom ma fih data. Barra minn hekk m’għandna l-ebda evidenza fejn jinsabu ż-żewġ disinji li ġew ippreżentati fit-talba li kien għamel Dun Franġisk Xuereb. Referenzi Arkivju Arċiveskovili ta’ Malta, Suppliche 37 (1937), f.6 Arkivju Arċiveskovili ta’ Malta, Suppliche 40 (1939), f.217 3 Arkivju Arċiveskovili ta’ Malta, Suppliche 40 (1939), f.217v 4 Ibid. 5 M. Sagona, Emanuele Buhagiar (1876-1962: his contribution to the ecclesiastical decorative arts of the Maltese Islands, (2003) p.171-173 1 2 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 165