Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 165

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Iktar informazzjoni dwar ir‑rikors tal‑bankun u l‑pedestall ta’ San Pawl minn Dorian Baldacchino Rikors dwar il‑bankun tal‑istatwa ta’ San Pawl Fl-artiklu li kont ktibt is-sena l-oħra kont tajt ħarsa lejn ir-rikors tal-1936, fejn il-Ħal Safin kienu talbu sabiex jagħmlu bankun ġdid għall-vara ta’ San Pawl. Għaldaqstant xtaqt inkun naf jekk kienx hemm iktar informazzjoni dwar din it- talba. B’hekk komplejt nirriċerka aktar dwar it-talba tal-bankun fejn il-permess tiegħu kien ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 1936. F’din ir-riċerka rnexxieli nsib dokument ieħor li kien ippubblikat fl-4 ta’ Jannar 1937. Dan id-dokument hu maqsum f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti għandek r-referenza li l-kappillan Francesco Xuereb kien ħallas is- somma ta’ £125 (lira sterlina) għall-bankun u l-bradella ta’ San Pawl. Fit-tieni parti tal-istess dokument insibu li l-kappillan qed javża li, ‘detta predella è pronta e sta per essere trasportata nella Chiesa Parrocchiale di C. Safi.” 1 Fi ftit kliem bi lsienna qed jgħid li l-bankun kien lest u jinsab fi triqtu lejn il-parroċċa tagħna. B’hekk minn dan id-dokument nistgħu nikkonkludu li l-bankun kien iżżanżan u miġjub f’raħalna għall-ewwel darba għall- L‑‘Umile Ricorso’ li sar għall‑bankun festa liturġika tal-Konverżjoni ta’ San Pawl tal-25 ta’ Jannar tal-istess sena. Rikors dwar il‑pedestall tal‑istatwa ta’ San Pawl Dokument ieħor li huwa interessanti ferm għalina l-Ħal Safin u devoti ta’ San Pawl huwa dwar it-talba li kienet saret dwar il-pedestall tal-istess vara. S’issa l-unika informazzjoni li kellna dwar il-pedestall huwa disinn li kien jinsab fis-sagristija tal- knisja datata 7 ta’ Settembru 1939 u l-analiżi xjentifika li ħarġet mill-kumpanija Atelier Del Restauro, wara r-restawr li kien sar fuq l-istatwa u l-pedestall fl-2015. Dan il-pedestall huwa opra oħra ta’ Mastru Emanuele Buhagiar li tkompli żejjen dan it-tempju għażiż tagħna. Dan ir-rikors hu magħmul minn żewg partijiet. Fl- ewwel parti nsibu t-talba li kien għamel il-kappillan Francesco Xuereb fl-4 ta’ Jannar 1937 lill-Kurja ta’ Malta. Filwaqt li fit-tieni parti nsibu l-approvazzjoni sabiex dan il-proġett iseħħ. L-aktar parti interessanti ta’ dan id-dokument hija t-talba tal-kappillan u r-raġuni għalfejn jeħtieġ isir dan il-proġett: “Che il <> della statua di S. Paolo Apostolo, titolare di Casal Safi si trova in cattivo stato; che I suoi parrocchiani desiderano sostituirlo con uno nuovo. Che a tale scopo da alcuni benefattori venne contribuita una somma ascendente a lire sterline sessanta (£60). Che il ricorrente è in possesso di un disegno fatto dallo scultore Emmanuele Buhagiar, il quale venne unanimamente approvato dagli abitanti dello stesso Casale.” 2 Fi ftit kliem, qed jgħid li l-parruċċani kienu qed jitolbu sabiex jibdlu l-pedestall tagħhom minħabba li kien jinsab fi stat ħażin ħafna. L-ispiża għal dan il- proġett kienet ta’ £60 (lira sterlina). Din l-ispiża kienet se titħallas mill-benefatturi tar-raħal. Flimkien ma’ dan ir-rikors, Dun Franġisk Xuereb ippreżenta wkoll disinn tal-pedestall, xogħol Emmanuele Buhagiar, wara li kien aċċettat mill-parruċċani Ħal Safin. Fuq il-paġna ta’ wara ta’ dan id-dokument insibu informazzjoni interessanti ferm għalina. Dan minħabba l-fatt li l-ewwel disinn ippreżentat lill-kurja nhar l-20 ta’ Ġunju 1939 ma kienx ġie aċċettat. Infatti dan id-disinn kien ġie irtirat mill-kappillan stess fil-15 ta’ Lulju 1939 sabiex isirulu t-tibdiliet meħtieġa. Għaldaqstant intalab “un altro disegno piu semplice” 3 ibbażat fuq il-parir li 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 163