Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 161
Każin Banda San Pawl, Safi
s-Sqaq ta’ Faċċeċ għaliex kien hemm familja numeruża
b’dan il-laqam toqgħod hemm. Illum is-sqaq infetaħ u sar
Triq il-Kenn u l-art ġiet żviluppata. Ma kinux ilhom Ħal
Safi wisq meta Karlu Cachia (minn ta’ Bertu ta’ Tonin)
ra lil Nardu u qal, “Ara dan it-tifel, qisu San Mattew!”
Karlu kien magħruf biex jaqla’ l-laqmijiet. Fil-fatt, li
ġara hu li kemm Nardu u kemm ir-raba’ saru magħrufin
bħala Ta’ San Mattew!
Nardu kiber u żżewweġ lil Pawla Busuttil ta’ Faċċeċ.
Kienu irranġaw id-dar tal-ġenituri tiegħu biex jgħixu
fiha. Il-Bambin berikhom b’familja numeruża. Allura
mbagħad bdew isibuhom bħala ta’ Falzuna, mil-kunjom
Falzon. Fl-aħħar tal-ħamsinijiet, il-familja emigrat lejn
l-Awstralja.
Festa 2019
It‑Tutti
Pawlu Zammit (it-tifel ta’ Peppu taż-Żann) kien
jaħdem ħafna, minn xogħol għal xogħol. L-impjieg
prinċipali kien mal-Milk Marketing Undertaking (MMU).
Filgħaxija l-irġiel kienu jintefgħu Misraħ San Ġużepp
jgħidu kelma. Waqt xi diskussjoni jew argument, Pawlu
kien dejjem jaqbeż b’risposta jew jagħraf xi soluzzjoni.
Dawk li ma jaqblux miegħu ma kinux jieħdu gost bih
u jgħidulu, “Mela int taf kollox!” Milli jidher, Wenzu
Polidano taċ-Ċaqnu kien wieħed minnhom u qalagħhielu
t-Tutti!
Ix‑Xiber
Pawlu Zammit kien joqgħod fi sqaq ġo Triq San
Tumas. Skont in-neputi tiegħu, qalgħuhielu hekk għaliex
kien qasir ħafna. Sal-lum lill-familja tiegħu għadhom
isibuhom bħala Tax-Xiber.
Il-Banda
San Pawl
f’Birżebbuġa
Il-Banda San Pawl Safi waqt
il-Festa ta’ San Pietru fil-Ktajjen
f’Birżebbuġa il-Ħadd 4 ta’ Awwissu
(Ritratti ta’ Pietro Debono)
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
159