Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 159

Każin Banda San Pawl, Safi Xi ħin daħal wieħed Ingliż biex jisma’ l-quddiesa u ma sabx siġġu. L-irġiel li kien hemm wara Karmenu bdew igemgmu u jgħidu, “Sibulu siġġu, tuh siġġu.” U damu sejrin biha. Dan Karmenu ra li ma kienx hemm wieħed vojt u dar lejn l-Ingliż u qallu, “No chair.” U daqshekk kienet għax wara, l-irġiel li semgħuh daħlet fi lsienhom u baqgħu jgħajtulu n-Newċer! In‑Nunu Karmenu Zammit kien it-tifel ta’ Pawlu (il-Pinta) u Marì (ta’ Ċensu). Kien għadu daqsxejn ta’ tifel ċkejken meta Pawla (Palula), li kienet qariba tal-familja, bdiet tgħajjatlu Nunu bħala pet name kif kultant nagħmlu mat-tfal iż-żgħar. Karmenu kiber, kien iżżewweġ u emigra lejn l-Awstralja u l-laqam ta’ tfulitu baqa’ miegħu sakemm dam ħaj! Pawlu Callus, Il‑Pali (Ritratt ta’ Carmel Callus) Il‑Pali Pawlu Callus kien jiġi t-tifel ta’ Spiridione u Angela, xebba Busuttil. Il-laqam Pali huwa xi varjazzjoni ta’ Pawlu. Is-soltu storja, meta lit-tfal insaqsuhom x’jisimhom u ma jippronunzjawx l-isem tajjeb, niggustawhom u naqilgħuhielhom hekk. Sa fejn naf jiena, f’Ħal Safi lil Pawlu kulħadd bil- laqam Il-Pali kienu jafuh. Li hu interessanti hu li fir- reġistru elettorali tal-1945 u tal-1946, meta kienet ħaġa normali li jirreġistrawk bil-laqam ħdejn ismek, Pawlu huwa mniżel bħala Tal-Bottar. Huwa minnu li Pawlu kien it-tifel ta’ buttar għaliex missieru kien jaħdem ta’ buttar. Ta’ Paska Spiridione Callus kien jaħdem ir-raba’ u kien ukoll buttar. Kien jitqies bħala kuntrattur li jagħmel il-krietel tal-patata lill-bdiewa. Hu kien jaħdem il-krietel in-Nigret, fiż-Żurrieq, fejn illum hemm is-sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù. Allura għaliex ta’ Paska u mhux il-Buttar kif inhu mniżżel it-tifel tiegħu Pawlu (il-Pali)? Spiridione kien diġà magħruf bħala ta’ Paska qabel ma sar buttar. Lura fl-14 ta’ Awwissu 1740, Antonius Callus kien iżżewweġ lil Pascha Grixti. It-tnejn kienu miż-Żurrieq. Festa 2019 Erba’ ġenerazzjonijiet ’l isfel, fl-1841, Ġużeppi Callus iżżewweġ lil Tereża Busuttil minn Ħal Safi. Wieħed mit-tfal, M’Angelo, iżżewweġ lil Marianna Cachia u fost l-ulied kellhom lil Spiridione Callus. U Spiru, sitt ġenerazzjoniet wara, baqa’ jżomm il-laqam li oriġina mill-bużbużbużnanna Pascha! Infatti, fir-reġistri elettorali tal-1945 u tal-1946, huwa tniżżel bħala Callus Spiridione, Ta’ Paska, 18, Triq San Pawl, Ħal Safi. Ta’ Qantarejn Ġanmarì Zammit ġo Ħal Safi nafuh bħala ta’ Mazzitu. Però, in-neputi tiegħu, għalkemm konxju li fir-raħal għandu dan il-laqam, isemmi li wara li kien iżżewweġ lil Marianna Cassar minn Ħal Kirkop fil-1899, kien daħal fix-xogħol tal-barriera tal-familja tagħha. Din kienet wara l-knisja ta’ Ħal Kirkop. Illum inbena ġnien publiku u semmewh Pjazza Żerniq. Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, Ġanmarì Zammit kienet waqgħet bomba (Ta’ Qantarejn) mal-ġenb tal-knisja u sal-lum il-pjazza baqgħet tissejjaħ Il-Balla. Mill-barriera nqata’ l-ġebel għat-tiswija tal-knisja. Il-gwerra ġabet ħafna biża’ fil-ħajja tan-nies. Il-familja kienet ikkonċediet lil xi individwi li jħaffru xelters fil-barriera. Ġanmarì kien b’saħħtu ħafna, persuntu mibruma u ta’ statura kbira. Kien jiflaħ jitla’ r-rampa tal-barriera, jiġbed il-bagħal b’tagħbija ta’ knaten u jħotthom. Wara jinżel biex jgħabbi vjaġġ ieħor. Jerġa’ jitla’, jgħabbi l-ewwel knaten, u jsuq il-bhima għal għonq it-triq biex iħott il- vjaġġ knaten għand il-klijent. Makkinarju ma kienx jeżisti. Qabel jaqdi lill-klijent, hu u l-lavranti kellhom biċċa xogħol iebsa fil-barriera. Kellhom iħaffru bil-baqqun gandott ġol-blat. Imbagħad jagħtuh iċ-ċapep u bejniethom idaħħlu l-ispnajjar u jsammruh bil-mazza sakemm tfaqqa’ l-blata. Fl-aħħar jiżmarrawh bl-imterqa u l-mannarett biex jagħtuh il- forma ta’ kantun. Xogħol ta’ tbatija kbira u trid saħħa ta’ ljun. Blata ta’ erba’ piedi, Ġanmarì kien jerfagħha qisu mhux hu! Mhux ta’ b’xejn bdew isibuh bħala Ta’ Qantarejn! Il-piż għalih ma kienx problema. Ta’ San Mattew Nardu Falzon, flimkien mal-ġenituri Karmnu u Karmena, kien ġie joqgħod Ħal Safi minn Ħal Kirkop ta’ età żgħira. Ommu u missieru kellhom għelieqi, xagħri u ħarrub u xi kmamar fejn marru jgħixu. Din il-medda mdaqqsa ta’ art kienet ’il ġewwa minn Sqaq numru 1, fi Triq Santa Marija. Dak iż-żmien kienu jsibuh bħala 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 157