Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 153

Każin Banda San Pawl, Safi imbagħad ftit wara kienu jgħaddu mill-pjazza tagħna lejn iż-Żurrieq. Festa 2019 tal-baħar nadif ta’ Wied ix-Xoqqa bil-kwantità ta’ rizzi friski li kien jaqsam fi tnejn biex imbagħad iqassam fost ħbiebu, u l-kwantità ta’ alka li kien iġib miegħu, kollox fi xkora mxarrba bl-ilma baħar. Għall‑iskola, Playground ġdid Meta l-popolazzjoni tal-iskola kienet kibret ġmielha, inħass il-bżonn li l-istudenti jibdew jinħarġu barra għall- brejk tagħhom, fil-pjazza. L-għadd ta’ karozzi li kienu jgħaddu mill-pjazza kien wieħed żgħir. (c.1960) Biex nerġgħu ninġabru wara li jkun spiċċa l-brejk mbagħad, kienu jindaqqu żewġ qniepen. Mal-ewwel qanpiena kont trid tieqaf zoptu. Jekk tkun b’idek merfugħa biex lil sieħbek tagħtih daqqa f’għonqu, ngħidu aħna, kien ikollok tibqa’ b’idek merfugħa, f’dik il-pożizzjoni. Sakemm kont tisma’ t-tieni qanpiena. Mat-tieni qanpiena t-tfal kollha kienu jibdew jimxu biex jinġabru quddiem il-parapett tal-iskola, fit-triq, quddiem il-villa ta’ Dun Ġwann. Kulħadd kien isib il-klassi u l-għalliema tiegħu. U jekk tkun laħqet ġiet xi karozza, kien ikollha tistenna. Is-surmast kien irid jagħmel l-avviżi tiegħu, bil-galbu, mingħajr għaġla, biex jinftiehem tajjeb mit-tfal. Fuq ix‑xellug, zijuwi Ġanni li kien jaħdem Ta’ Amparell. Tnejn minn ħutu l‑bniet, iz‑zija Ġorġa u z‑zija Nina żżewġu suldati Ingliżi Ftit mill‑Mediterran fil‑pjazza Fost l-interessi li kellu Ninu Monreal, kellu l-muturi u l-baħar. Kull min kien ikollu xi mutur bl-inkwiet kien imur għandu, dejjem b’fiduċja sħiħa li soluzzjoni kienet tinstab. Meta kont immur għandu għaliex marad serjament (miet ta’ 37 sena), min jaf kemm rajt magazines Ingliżi u Amerikani miegħu, kollha fuq il-muturi. Sigħat sħaħ nitkellmu imma qatt ma kelli l-kuraġġ ngħidlu li l-muturi ma kinux jinteressawni daqshekk. Fis-sajf, filgħaxijiet, Ninu kien ġieli jġib xi xkora rizzi li jkun tella’ mill-baħar ta’ Wied ix-Xoqqa. In-nies kienet tinġabar madwaru l-pjazza, taħt l-istatwa ta’ San Pawl. Ninu ta’ Mena kien jimla l-pjazza bil-fwieħa ħelwa Illum? L-irġiel u l-ġuvintur li kienu r-ruħ u l-ħajja tal-pjazza fi żminijiet oħra, illum fejn huma? Issib li dawn hemm għadhom. Jiddieħku, bin- nervi, dawk li jħobbu jpaċpċu, dawk li ma jgħidu xejn, jirrakkontaw l-istejjer, jgħidu l-ħrejjef, dawk li jmaqdru dejjem, oħrajn li jargumentaw fuq kollox. Il-ħin kollu, sewwasew kif kont dejjem tafhom. Biss issa tarahom u tismagħhom biss f’waħda mill-fakultajiet li għandna, imma li ħadd minna ma jifhem sew: il-memorja. Fiha terġa’ ssib lil Mosè ta’ Ċikku ta’ Luċija, lil Pawlu ta’ Wiġi, lil Ġorġ ta’ Karmni, lil Żużu ta’ Manna, lil Fonzu tal-Ispettur, lil Kelinu ta’ Peppu, lil Wiġi Karusi, lil Wenzu taċ-Ċaqnu, u lil Pali. Meraviljuża l-memorja tagħna.Taqdina tajjeb ħafna u mingħajrha ma nkunux u ma nibqgħux ‘aħna’. Biha nibqgħu niftakru fi ħbiebna, u anke narawhom tajjeb, jew għall-anqas mhux ħażin, kif konna nafuhom. Għalkemm xi ftit mill-bogħod. 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 151