Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 151
Każin Banda San Pawl, Safi
imsaddad li darba kienu ta’ użu għan-nies li kienu jinżlu
fix-xelter.
Meta fil-gwerra waqgħet bomba fil-pjazza u lil Dun
Ġwann, li kien man-nies fix-xelter, qalulu li ntlaqtet il-
villa tiegħu, Dun Ġwann beka. Il-villa kien għadu kif
bnieha xi għoxrin sena qabel.
Kif tħaffru x‑xeltrijiet:
l‑istorja ta’ Anġlu Dalli
(is‑Suj)
It-tħaffir
tax-xeltrijiet
kien isir min-nies ta’ Ħal
Safi. Natu ta’ Anġlu s-Suj
kien qalli li missieru kien
ukoll wieħed imqabbad biex
jgħin fil-proġett tat-tħaffir
tax-xeltrijiet.
Anġlu s-Suj kien raġel
Bertu ta’ Tonin (missier
bieżel ħafna. Ma kienx
Filumenu
Cachia), li ma kienx
jaf jieqaf. Kellu r-raba’ li
iħobb jaqfel il‑bokkli tal‑qorq.
ried jinħadem u l-familja
x’jgħajjex. Allura, biex ma jaqax lura fix-xogħol, kien
jaħdem l-għelieqi tiegħu billejl. Biex ir-raddi tal-moħriet
ikunu kemm jista’ jkun dritti, meta ma kienx ikun dawl
ta’ qamar, Anġlu kien ipoġġi żewġ fanali bi dritt xulxin,
wieħed ma’ ħajt tal-għalqa, u l-ieħor mal-ħajt tal-faċċata.
Għalhekk, meta jaħrat, ir-raddi kienu jiġuh dritti kemm
jista’ jkun.
Anġlu kien iħaffer ix-xeltrijiet ma’ sieħbu Karmnu
s-sagristan (missier Ċiswita). Dan kien ieħor dejjem
sejjer u rett ħafna f’xogħlu. Ibaqqan u jgerrem il-blat u
ma jieqaf xejn. Waqt ix-xogħol, Anġlu s-Suj kien ġieli
jaqbdu ngħas kbir, wara lejl jaħrat l-għelieqi tiegħu, u
mhux l-ewwel darba li kienet tmur għajnu bih. Kien
jorqod għal xi ħin fuq ix-xaħx, waqt li Karmnu kien
jibqa’ sejjer jagħti d-daqqiet bil-baqqun.
L-imgħallem li kien jissorvelja t-tqattigħ tal-blat
fix-xeltrijiet kien Bertu ta’ Tonin (missier Filumenu
Cachia). Peress li kien qawwi mhux ħażin, dan Bertu ma
kienx iħobb jitbaxxa biex jaqfel il-qorq. U din kienet xi
ħaġa komda ħafna għal Anġlu s-Suj. Għaliex kull meta
l-imgħallem Bert kien jibda nieżel it-taraġ biex jara
x-xogħol kif kien sejjer, il-bokkli jċekċku tal-qorq tiegħu
kienu javżaw lill-baqquniera t’hemm isfel li l-imgħallem
kien dalwaqt magħhom. Anġlu kien iqum malajr minn
nofs in-nagħsa li kien ikun fiha, jitfa’ malajr malajr
ftit xaħx fuq dirgħajh, idellek ukoll daqsxejn l-għaraq
ta’ wiċċu bix-xaħx u pront jaqbad il-baqqun biex jibda
jbanbal b’kemm kellu saħħa fuq il-blat.
U s-Suj, minfuq, kien jgħid lil sieħbu Karmnu, biex
jisimgħu l-imgħallem, “Karm, ma nintelqux, għax
naqgħu lura fix-xogħol.” Ta’ raġel sew li kien, Karmnu
s-sagristan ma kien jgħidlu xejn. Imma kien jibqa’ jifqa’
u jagħti d-daqqiet fuq il-blat qisu mhux hu.
Imbagħad, wara li jkun straħ xi ftit hemm isfel għall-
frisk tal-blat, l-imgħallem Bert, b’ċekċika tal-qorq waħda
Festa 2019
wara l-oħra, kien jitla’ bil-mod minn ġox-xelter, kuntent
mhux ftit bil-progress li jkun ra.
Minn hemm, mela!
Kull filgħaxija kont tarahom tilgħin mill-pjazza ta’
Ħal Safi mgħaġġlin lejn iż-Żurrieq. Gruppi ta’ tlieta, ta’
ħamsa, ta’ sitta, sejrin lejn wieħed mit-talksijiet li kien
hemm iż-Żurrieq. Ta’ Ċomba jew Tan-Niksu. Irġiel u
ġuvintur Ingliżi kienu jitilgħu minn Ta’ Amparell fejn
kienu jgħixu, biex jaraw film fiż-Żurrieq wara l-ikla
tagħhom ta’ filgħaxija.
Jitkellmu mgħaġġel u minn dak li jgħidu, aħna t-tfal
qajla konna nifhmu kelma. Konna nimxu warajhom jew
maġenbhom, nippruvaw nindiehsu magħhom, naraw sa
fejn kienu jissaportuna.
Numru minnhom kienu jgħaddu sal-ħanut ta’ Wiġi ta’
Mena, il-Blue Star Bar, jieħdu flixkun jew tnejn birra,
qabel jibqgħu tilgħin għat-talkies. It-tfal taz-zija Mena
jgħiduli li anke lura miż-Żurrieq, wara l-film li jkunu
raw, l-Ingliżi kienu jerġgħu jgħaddu għandhom biex
jieklu, qabel ma jmorru l-barracks jorqdu. Kien ikun
hemm kwantità ta’ ikel għaliex l-Ingliżi li kienu jerġgħu
jgħaddu l-ħanut ma kinux ikunu ftit.
Darba ħaduni Ta’ Amparell u rajt minn fejn kienu
jkunu ġejjin dawn l-Ingliżi kollha, li jgħaddu filgħaxijiet
mill-pjazza fi triqithom lejn iż-Żurrieq. Minn hemm,
mela, minn Ta’ Amparell, fit-tarf tal-bini ta’ Ħal Safi,
aktar ’l isfel mid-dar ta’ Patist ta’ Anieni, fejn kellhom
il-barracks tagħhom.
F’Ta’ Amparell rajt kollox miżmum sabiħ. Kollox
nadif. Kullimkien passaġġi bil-fjuri. Dwieli fuq il-
kannizzati. Riħa ħelwa tal-ward. Xejn niexef. Gremxul
jieqaf iħares lejk u ħadd ma jitfagħlu l-ġebel. Aħna
mhux hekk konna mdorrijjin. Aħna t-tfal konna mmorru
anke sal-Ħlantun bil-vleġeġ tal-lastiku għall-kaċċa tal-
gremxul!
Forsi se ngħid ħmerija, imma tant kien hemm ordni, u
ġmiel u ħlewwa f’Ta’ Amparell li donnhom anke l-Maltin
li kienu jaħdmu hemm, kienu bħal isiru ‘normali’. Ħadd
minnhom ma kont tisimgħu jitkellem jgħajjat. Ħadd ma
jitkellem ħażin.
Kont tara Ingliżi żgħażagħ, kif ukoll irġiel, mexjin fuq
xogħolhom. Min isaffar, min ikanta minn taħt l-ilsien.
Jiċċajtaw bejniethom. Ħadd ma jgħajjat minn naħa għal
oħra, ħadd ma jsabbat bieb. Ħadd ma jurik b’ħarstu li
postok mhux hemm. Kont tkun qisek miexi fi stampa
sabiħa, waħda mimlija ħajja, tbaqbaq minn taħt bil-mod.
U fejn il-persuni fiha jimxu u jiċċaqalqu u jirraġunaw
bejniethom, u l-ħin kollu f’burdata tajba. Kien hemm
żgħażagħ jieħdu t-te fuq imwejjed żgħar bi dvalji bojod
barra l-huts tagħhom. Jiċċajtaw u jitkellmu u jinbxu ’l
xulxin bil-grazzja u l-enerġija ferrieħa taż-żgħożija. Xi
wħud kont tarahom jaqraw ktieb; xi ħadd jipprattika
l-kitarra.
Minn dik il-ġenna tal-art ftit ’l isfel mid-dar ta’ Patist
kienu jkunu ġejjin dawk l-Ingliżi kollha, mela, biex
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
149