Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 149
Każin Banda San Pawl, Safi
kienet dilettanta ħafna ta’ darha, li kienet wara kollox
parti mill-palazz Gollcher, ma setgħux il-mistednin
dakinhar ma jimpressjonawx irwieħhom bil-ġmiel li
l-każin tal-festa ta’ Ħal Safi deher li kellu.
Jiffriska saqajh
fl‑ilma baħar
u jistrieħ xi ftit
mill‑inkwiet
tal‑finanzi,
filwaqt li
jfittex l‑imħar
u l‑artikli:
Salvinu ta’
Pija f’Wied
ix‑Xoqqa,
Kalafrana.
(Ritratt ta’
Albert Cachia)
Il‑barman Salvinu
F’Salvinu ta’ Pija l-każin kellu wieħed mill-aħjar
barmen li qatt kellu l-post. Minbarra li kien wieħed mill-
finanziera tar-raħal, Salvinu kellu ħabta jiffrankalek il-
flus. Meta kien jagħmel il-ġeli fit-tazzi tal-plastik li kien
ibigħ tliet soldi, ma kienx iħallik tixtri kemm tixtieq.
Jekk kont tmur għat-tieni tazza kien jgħidlek, “Ejja
għada, illum diġà xtrajt.” Tista’ mhux tokroblu u turih
li kellek tliet soldi oħra. Kien iżomm sod, ma kienx
ibegħelek. B’dan l-għaqal kollu l-finanzi tal-każin ma
setgħux imorru lura.
Il‑ħanut ta’ Ċikku ta’ Luċija
Dawk tampari niftakruh bħala l-ħanut tal-ġwież ta’
Ġelard. Imma dawk ta’ qabilna jsibuh bħala l-ħanut
tal-laħam ta’ Ċikku ta’ Luċija. Kien il-ħanut faċċata tal-
knisja, sewwasew bejn dik li konna nsejħulha ‘l-istrada’
u d-dar ta’ quddiem il-villa ta’ Dun Ġwann – id-dar li
għalija u għat-tfal ta’ żmieni kienet l-iskola primarja.
L-istrada kienet massa żonqor li kienet turi d-distanza
minn Ħal Safi sal-Belt f’mili. Il-mili kienu mħassrin
minħabba l-biża’ ta’ invażjoni fl-aħħar gwerra.
Minbarra li kellu l-ħanut tal-laħam, Ċikku ta’ Luċija
kien ukoll l-organista tal-knisja. (Forsi tiftakar lil Mażok,
li semmejna s-sena l-oħra, li kien jinnegozja l-barrin,
filwaqt li kien ukoll il-barbier tar-raħal?) Mosè Zammit
u ħuh Karmnu Marċjol kienu tnejn minn ulied Ċikku.
Għalhekk lil Mosè, li kien joqgħod fi Triq tal-Farrad
(Triq iż-Żurrieq) quddiemna, konna dejjem nisimgħuh
jgħanni. Innijiet tal-knisja jew għana ieħor li kien jivvinta
hu. Veru li kien ikun aktarx xi ftit stunat, imma jidher li
Festa 2019
Mosè kien ġibed sew lejn missieru.
Mosè ma kienx tampari imma konna ħbieb ħafna.
Tant ħbieb kbar li ħbiebu kienu jgħiduli li ħliefi ma
kienx idaħħal għandu. Kien jistedinni għandu l-aktar
biex naqralu xi ittri li jkun irċieva mill-bank. Ma kienx
jistmak bit-te jew bil-kafè, imma billi jagħtik ftit tin li
kien iqadded u xi ftit lewż ħelu li kien ikisser quddiemek.
Bħalma għandu kulħadd, Mosè kellu wkoll dik ix-
xi ħaġa li kienet iddejqu tul ħajtu; l-inkonvenjent li ma
kienx jimxi dritt. Dawk tal-età tiegħu, bħal Wiġi Karusi,
kienu jgħidu li kien ġralu hekk minħabba li kien jieħu
l-laħam mill-ħanut ta’ missieru u jieklu nej, mingħajr ma
jsajru.
Taħt id San Pawl
Il-ħaddiema tal-azjenda Paradise kienu joħorġu xi
wieħed mit-trakkijiet mgħobbija bil-kaxxi tal-luminata
u l-inbid mill-fabbrika biex fiha jagħmlu ftit tal-wisa’.
Kienu jipparkjaw it-trakk fil-pjazza, quddiem l-istatwa
ta’ San Pawl. Meta kien ikun jista’, iz-ziju Kelinu kien
joqgħod għassa biex ma jitilgħux il-ġuvintur mal-ġenb
tat-trakk u jieħdu l-fliexken tal-luminata minn ġol-kaxxi.
Xi ħaġa li kienu jħobbu jagħmlu, biex imbagħad joqogħdu
jiftaħru bejniethom kemm-il flixkun kienu jkunu serqu.
Mhux biss, imma jekk ħadd ma jkun qed jarahom, kienu
jkissru l-għenuq tal-fliexken max-xifer tal-bankina jew
mal-ħadid ta’ madwar l-istatwa biex jixorbu l-luminata.
Kien ikun hemm ukoll min jiftaħ il-fliexken bi snienu.
Għalhekk mhux l-ewwel darba li z-ziju Kelinu kien
ikollu jiġri ġirja kbira warajhom. B’xorti tajba, rari kien
jaqbad wieħed minnhom.
Kelinu ta’ Manwel kien jorganizza serati tal-boxing
fuq il-bankina ta’ Marċjol fi Triq il-Ħlantun fl-aħħar
tal-ħamsinijiet u l-ewwel snin tas-sittinijiet tas-seklu
l-ieħor. Kien ikun hemm ħafna entużjażmu fost l-irġiel u
l-ġuvintur li kienu jinġabru għal dawk is-serati. Għalhekk
il-ġuvnotti li kienu jippruvaw jisirqulu l-fliexken minn
fuq it-trakkijiet kienu joqogħdu ferm attenti. Ma kienx
wieħed li tiċċajta miegħu fejn tidħol saħħa fiżika.
Taħt l‑art
Fid-dar tan-nanna Manann (il-palazz tal-pjazza; illum
każin politiku), fil-kamra ta’ barra tal-lemin, jiġifieri
dik li qiegħda fil-kantuniera qrib dak li kien il-ħanut
ta’ Manna, hemm bokka fl-art bit-taraġ li minnha kienu
jinżlu fix-xelter fi żmien il-gwerra. Ix-xelter jinfirex
taħt il-pjazza kollha. Iz-zijiet niżżluni darba magħhom.
Inżilna bix-xemgħat f’idejna għaliex hemm isfel
dawl m’hemmx. Bdejna mexjin fil-kurituri mudlama,
niskartaw l-għadajjar tal-ilma kif ukoll l-għeruq tas-siġar
imdendlin mis-saqaf tal-kurituri. Fil-pjazza dak iż-żmien
kien hemm numru ta’ siġar, tal-oleandru u tal-fikus, u
għalhekk kien hemm dawk l-għeruq kollha mdendlin
għal isfel, għal ġol-frisk u l-umdità tax-xelter. Minbarra
l-kurituri hemm daħliet fil-blat li kienu jservu speċi ta’
kmamar. Kien għad baqa’ xi injam u xi bċejjeċ tal-ħadid
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
147