Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 143

Każin Banda San Pawl, Safi kienet tagħmel ħin twil iddur dawra tond fuq il-qiegħa, kien jitkisser il-ħaxix niexef u b’hekk tifred iż-żbul minn maż-żerriegħa. Wara, il-bidwi kien juża l-midra u jgħolli t-tiben biex titfarfar iż-żerriegħa. Din tinġabar u tgħaddi minn ġo għarbiel (magħmul minn tilar tal-injam u l-qiegħ tal-ġilda ta’ annimal), bit-toqob waħda irqaq mill-oħra, biex ineħħu xi żrar li jkun tela’. Għall-qamħ kien jintuża romblu bis-snien tal-ħadid mentri għax-xgħir kien jintuża romblu tal-ġebel. Naturalment, imbagħad iż-żerriegħa kienet tintbagħat biex issir dqiq jew għalf għall-annimali. Illum il-makkinarju industrijali ħa post ħafna mix-xogħol manwali tal-bidwi. Għalhekk nistgħu nifhmu x’tip ta’ xogħol kien iwettaq il-bidwi minn xi ritratti jew xi vidjo minn tal-bidu. Għalkemm taż-Żann u ta’ Tona twieldu u għexu Ħal Safi, ma kinux nies li jimpurthom biss miċ-ċirku ta’ madwarhom. Pereżempju, Wiġi taż-Żann, b’dik il- qagħda tipika tiegħu b’subgħajh il-kbar ġos-sidrija taħt abtu, hekk kif jiltaqa’ ma’ xi nies li jaħdmu ’l isfel jew jaf li jaqraw il-gazzetta, kien dejjem jistaqsi, “X’inhuma jgħidu ’l isfel? X’inhuma jgħidu ’l isfel?” Għalina l-Ħal Safin, meta ngħidu “’l isfel”, infissru bliet u rħula lejn Tas-Sliema, qrib il-Belt u qribu bħal il-Floriana u l-Ħamrun u l-Kottonera. Dak kien il-mezz kif Wiġi seta’ jiġbor xi aħbarijiet li kienu qed iseħħu barra minn Ħal Safi. Festa 2019 Imbagħad kien hemm il-filosofija tad-‘direzzjoni ħażina’ ta’ Karmnu taż-Żann. Kien ikun Wied ix-Xoqqa, Kalafrana, jitpaxxa bil-ġid li fih il-baħar, bħall-imħar u l-artikli. Dan tal-aħħar huwa annimal tal-baħar, xi żewġ pulzieri għoli, però taħsbu ħaxixa. Waqt li Karmnu kien ikun qed jipprova bis-sikkina jaqilgħu minn mal-blat, xi nies minn tal-bliet kienu jistaqsuh jekk dik il-ħaxixa hix għall-ikel. Karmnu kien dlonk jirrispondihom, “Le, mhux għall-ikel, dak biex nistadu bih!” Fil-fatt, lura d-dar, l-artikli kienu jgerbuhom ġod-dqiq jew smid u tgħidx x’riħa tfuħ jagħmlu waqt li jkunu jinqlew! Wara, it-tfal ta’ qarib ta’ Wiġi kienu innoċentament jistaqsuh għaliex qalilhom hekk, li mhux għall-ikel. Hu kien jirrispondi, “Trid ittihom direzzjoni ħażina meta jkunu nies hekk; għax jiġu hawn bil-familja jikluh u jħarbtu kollox.” Agħti direzzjoni ħażina, mill-għerf tan-nies tal- irħula! Rakkonti sbieħ li għadhom l-għożża fl-imħuħ ta’ ħafna. Nisperaw li ma jmutu qatt u permezz ta’ din il-kitba, it-tfal futuri jistgħu jduqu ftit mill-ħajja tal- imgħoddi. Dan grazzi għall-istorja orali ta’ diversi nies. Kollox mill-memorja u għalhekk nirringrazzjawhom u niskużaw ruħna jekk hemm xi ineżattezzi. Engineering Craft & Art Learning Centre / Outlet, Bolts & Nuts Mro Brian Bugeja ALCM (TD) Mechanical Engineer Triq il-Kuċċard, Ħal Safi Opening hours : Mon, Wed, Fri 4.30pm to 7.30pm Sundays 9.00am to 12.00pm Mob: 79604900 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 141