Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 141

Każin Banda San Pawl, Safi Leli żżewweġ lil Pija Busuttil tal-Ispettur u kellhom lil Karmelina (xebba) u Salvinu (ġuvni). Marjanna żżewġet lil Manwel Busuttil tal-Ispettur u kellhom lil Ċikku, Salvu, Agnese, Kelinu, Ġanni u Pawlu. Pawsa waqt ix‑xogħol fuq il‑qiegħa; jidhru Wiġi, bintu Lena u ħuh Pawlu, id‑Dupow. (Ritratt ta’ Katie Abdilla miżżewġa Vella) Ir‑Razza Zammit ta’ Tona ta’ Mikiel – ulied Michele Zammit u Antonia Abdilla: Ġannmari (ta’ Mazzitu) iżżewweġ lil Marianna Cassar (minn Ħal Kirkop) u kellhom lil Mikiel, Duminka, Katerina, Ġużeppa, Benedetta (xebba), Leonardo, Ċensina, Pawlina u Pietru Pawlu. Grezz iżżewġet lil Ġanni Zammit taż-Żann u kellhom lil Mikiel, Salvina u Pawlina (xebba tal- Mużew). Wiġi żżewweġ lil Antonia Zammit (Tona ta’ Luċ) u kellhom lil Marì u Guża. Franġisk (taż-Żunżana) iżżewweġ lil Peppina Zammit ta’ Ċniepu u kellhom lil Mikiel, Grezzju, Pawla (xebba), Żeppi M. Grazzja (Grezz) u Kekina (xebba). Zammit, ta’ Tona Nazzarenu (Żaren) Zammit ta’ Tona ta’ Mikiel (ritratt: Catherine Zammit miżżewġa Abdilla) Peppu żżewweġ lil Margherita (Gerita) Tanti (minn Ħaż Żabbar) u kellhom lil Mikelina (soru), Pawla u Kitty (soru). Pawla żżewġet lil Pawlu Zammit id-Dupow taż-Żann u kellhom lil Kelina (xebba tal- Mużew), Evarist, Karmena, Ġanni u Żaren. Żaren iżżewweġ lil Katerin Callus (miż-Żurrieq) u kellhom lil Mikiel, Mikelanġ u Gerita. Festa 2019 Bħalma stajtu taqraw u tifhmu, it-tfal taż-Żann u ta’ Tona kienu kuġini u kienu ħafna minnhom li żżewġu lil xulxin. Taż-Żann ma’ kuġini taż-Żann u anke taż-Żann ma’ kuġini ta’ Tona. Kienu razza ta’ nies jaħdmu ħafna, bdiewa ħabrieka, u grazzi għalihom, waqt il-gwerra, il-Ħal Safin dejjem sabu wċuħ tar-raba’ fir-raħal stess biex jagħmlu l-borma ta’ kuljum. Nieshom Ħal Safin, li għadhom mimlijin bl-għomor, huma kburin b’missirijiethom għax kienu aħwa dejjem unjoni, iħobbu lil xulxin u jaħsbu f’xulxin. Infatti, semmew diversi rakkonti ħelwin biex jixhdu dan. Ġużeppa, il-mara ta’ Karmnu taż-Żann, nhar ta’ Ħadd kienet taqli l-pastizzi. Allura Karmnu kien jaqbad xi tnejn u jeħodhom għal oħtu Manann. Meta jkunu ser jiżżewġu t-tfal, kien iġib lil ħutu d-dar u joffrilhom grogg u xi pastina. Anke meta kienu jitwieldu n-neputijiet kien jieħu l-biskuttini biex idewwaqhom lil ħutu. Il-Ħlantun kont tara xi tlieta mill-aħwa jirgħu n-nagħaġ flimkien fil-paċi tal-kampanja. Jintefgħu fuq xi ġebla jirraġunaw bejniethom filwaqt li jżommu għajnejhom fuq merħla mdaqqsa. Il-ħemda kienet tinkiser meta xi nagħġa jew mogħża tazzarda taqbeż għal ġo xi għalqa jew tiġġieled. Hemm imbagħad tisma’, “za ’l hemm”, “za ’l hawn”, “int, sewda, nirrak imbierka, inżel minn hemm!” u fl-istess ħin igarawlhom xi ġebla żgħira filwaqt li biz-zokk f’idejhom jiġru biex jikontrollawhom. Fl-istaġun tas-summien, mal-erbgħa ta’ filgħodu, ma kinux ifallu ġurnata li ma jlebbtux ’l isfel lejn il- Ħlantun. Wiġi u Pawlu jew Karmnu u Leli, bejniethom kienu jmorru bi xkora kbira mimlija b’xi għaxar qofsa. Imbagħad, kull wieħed minnhom għal ġol-għalqa tiegħu, li kienu biswit xulxin. Jarmaw, jgħinu ’l xulxin u mingħajr piki ta’ xejn, kollox bejniethom. Allura, biex jonsbu, kienu jwaħħlu biċċtejn injam forma ta’ salib u jwaqqfuh ġol-ħajt tas-sejjieħ. Ma’ kull salib idendlu qafas b’summiena. Is-summien jibda jfaqqa’ u jiġbed lejh dak li jkun mitluq. Sadanittant jifirxu xibka taħt il- ħajt, is-summien jinżel jistaħba taħtha u dlonk jaqbduh. Taż-Żann kienu magħrufin ma’ Malta kollha għal-insib tas-summien. Tant hu hekk, li kienu jiġu ħafna nies, speċjalment nhar ta’ Ħadd, jistaqsu għal taż-Żann biex jixtru s-summien mingħandhom. Dan is-summien kienu jrabbuh u jżommuh ġo guva bħala namur. Però biċċa minnu kien jittiekel. Illum, dan id-delizzju sar xi ħaġa tal-passat. Kif jixhed ir-ritratt, l-irġiel taż-Żann, ċertu xogħol fir- raba’ kien ukoll isir bejniethom bħall-qiegħa li tinħadem fil-bidu tas-sajf. Karmnu, Wiġi, u Pawlu kienu jaħdmu waħda flimkien f’Tal-Palma. Peppu kien jagħmel il- qiegħa ta’ Gurbett fejn illum hemm l-iskola. Mentri Leli kien jagħmilha fl-għalqa ta’ Wara San Pawl. Il-bidwi kien jipprepara medda art fit-tond, fejn il-ħamrija tkun imbattma sewwa. F’ċertu raba’ kien ikollhom biċċa xagħri u jagħmlu l-qiegħa fuq il-blat. Jifirxu l-qamħ jew ix-xgħir u permezz ta’ romblu miġbud minn bhima, li 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 139