Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 14

Festa 2019 Każin Banda San Pawl, Safi Messaġġ tas‑Segretarju Manuel Debono Għeżież Ħal Safin, għal darba oħra reġa’ wasal ix-xahar ta’ Awwissu li fih niċċelebraw il-festa ta’ Missierna l-Kbir San Pawl li ġabilna l-fidi. Din is-sena kienet mimlija impenji bħal kull sena oħra. Il-kariga ta’ segretarju li b’tant serjetà, imħabba, u sagrifiċċju mexxejt u għadni mmexxi, illum aktar minn qatt qabel, inħoss ir-responsabbiltà li nirringrazzja lil dawk kollha li tul dan iż-żmien kollu ħadmu u għadhom jaħdmu miegħi biex flimkien wettaqna ħidma b’determinazzjoni assoluta għall-każin Banda San Pawl. Bikom il-Pawlini magħqudin warajna nkomplu naslu biex inwettqu dak kollu li jagħmel ġieħ lil Missierna San Pawl. Din is-sena s-Soċjetà tagħlaq 90 sena, il-Banda San Pawl tagħlaq 30 sena u l-istatwa titulari u artistika ta’ San Pawl tagħlaq 175 sena. Dan kollu jixraq li jitfakkar u li jfakkarna fir-resposabbiltà li għandna lejn il- ġenerazzjonijiet futuri biex nieħdu ħsieb it-tradizzjonijiet u dak li writna minn missirijietna. Din is-sena applikajna biex nieħdu fondi għall-każin. Dawn kienu fondi reġjonali bl-għajnuna tas-Sindku s-Sur Johan Mula, il-kunsilliera u s-segretarja li ħadmu qatigħ flimkien mal-Perit l-Onor. Toni Bezzina MP, li volontarjament ħa ħsieb il-formalitajiet tal-formoli u applikazzjonijiet meħtieġa. Grazzi għal dawn in-nies kollha rnexxielna nieħdu dawn il-fondi biex nkompli nsebbħu din il-ġawhra ta’ każin tagħna. Din is-sena, b’niket kellna diversi telfiet qrib tagħna l-Pawlini. Żużu Callus li tant ħadem nar għall-festa mingħajr daqq ta’ trombi mar għand il-Mulej. Żużu kien President u membru onorarju fi ħdan il-każin. Insellmu wkoll lil Christen Cachia li bħal sajjetta fil-bnazzi, it- telfa tiegħu ħasditna lkoll. Għal xi żmien Chris kien responsabbli mill-post tan-nar. Tlifna wkoll lil Nenu Zahra, magħruf bħala Kannoli, li tant kien iħobb lil San Pawl u l-każin tagħna. Tlifna wkoll lil Redent Cachia li kulħadd reġa’ nħasad bl-aħbar tal-mewt tiegħu; kien iħobb lil San Pawl u kien jieħu sehem fil-marċi fil-jiem tal-festa. Grazzi lil dawn kollha li issa qegħdin igawdu lil San Pawl. Grazzi kbira hija dovuta lis-sottokumitati tan-nisa, tal- armar u taż-żgħażagħ li jaħdmu s-sena kollha biex jiġbru l-fondi. Nirringrazzja wkoll lis-sottokumitat tan-nar li b’tant sagrifiċċju jaħdmu biex ikollna festa mill-isbaħ. Ringrazzjament dovut ukoll lill-aħwa Polidano (taċ- Ċaqnu) li dejjem ikunu hemm għal kull bżonn, kemm 12 materjali u kif ukoll finanzjarju. Din is-sena organizzajna diversi ikliet f’Montekristo Estates, flimkien mas-sottokumitati tan- nar, tal-armar u taż-żgħażagħ, flimkien ma’ Charlie ċ-Ċaqnu, li min-naħa tiegħu għadda d-dħul kollu lill-każin. Fil-festa tas-sena 2018 fil-każin kellna esebita statwa replika tal-istatwa tal-knisja propjetà tas-Sur Charles Polidano. Statwa li ġew iżuruha nies minn Malta u Għawdex kollu. Dan kollu kompla jżid mad-dekor tal-każin tagħna matul il-jiem tal-festa. Nappella lil kull min jista’ jagħti daqqa ta’ id fl- armar biex javviċinana meta nkunu qegħdin narmaw u nżarmaw. Kull għajnuna tgħodd u tkun ferm apprezzata. L‑istatwa ta’ San Pawl tas‑Sur Charles Polidano (iċ‑Ċaqnu) għall‑wiri fil‑Każin Banda San Pawl fil‑ġranet tal‑festa 2018 Grazzi kbira tmur lill-Perit Anton Zammit tal- paċenzja li jieħu bina għall-permessi dovuti għall-armar tat-toroq fost oħrajn. Dan kollu jagħmlu volontarjament. Grazzi kbira tmur lill-għaqdiet kollha tar-raħal. Lis-Sur Jonathan Brincat, is-Superjur tal-MUSEUM tas-subien, lis-Sinjorina Grace D’Amato, is-Superjura tal-MUSEUM tal-bniet u l-membri rispettivi tagħhom. Lill-Kappillan Kan. Dun David Farrugia u l-qassisin li jiġu jgħinuh. Lill-Kor Sine Macula u l-Kunsill Parrokkjali. Nixtieq ukoll nirringrazzja lis-Sur Alexis Callus li jieħu ħsieb dan il-ktieb. Fejn tidħol is-sehem tal-banda nuri apprezzament lis-Surmast Mro Michael Bugelli u lill-Assistent Surmast Charles Wallace Suda, lill- 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019