Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 139
Każin Banda San Pawl, Safi
Nazzjonalista. Hemmhekk kienu jgħidu kelma waqt li
Manann isservihom kafè fi skutella jew f’bott tal-enamel.
Xi minn daqqiet kien ikun hawn il-qagħda (taħdita)
tal-Mużew imtella’ minn soċji minn barra mir-raħal.
Allura, diversi minnhom,
kienu jaqsmu t-triq għall-
kappella ta’ Santa Marija
biex jisimgħu dawn il-laqgħat
ukoll.
Hekk kienet il-ħajja tal-Ħal
Safin. Dan fiż-żmien meta Ħal
Safi kien kollu mdawwar bir-
raba’, maqtugħ kompletament
miż-Żurrieq u Ħal Kirkop.
Huma diversi ż-żoni rurali
Marianna (Manann)
li għadna nafuhom b’isimhom
Zammit, taż‑Żann,
sal-lum. Bħal Tal-Ajżar, Ta’
miżżewġa Busuttil.
Amparell, Ta’ Bnejqiet, Tal- (Ritratt ta’ Pawlu Busuttil)
Farrat, Tal-Ġarra, Ta’ Ġawhar,
Ta’ Wara l-Ġnien, Ta’ Gurbett, Tal-Ħlantun, il-Karwija,
Tal-Palma, Ta’ Qnutor, Ta’ Rqajja, Ta’ Srejmieta u Wara
San Pawl.
Il-parti l-kbira ta’ dan ir-raba’ kien jappartjeni u
kien f’idejn il-familji ta’ Ċniepu (Zammit), taż-Żann
(Zammit), ta’ Tona (Zammit) u ta’ Klejlu (Vella).
Ir‑Razza Zammit taż‑Żann – ulied Salvu Zammit u
Ġanna Vella
Ġanni żżewweġ lil Grezz Zammit ta’ Tona ta’ Mikiel
Festa 2019
u kellhom lil Mikiel, Salvina u Pawlina (xebba tal-
Mużew).
Peppu żżewweġ lil Gita Busuttil tal-Ispettur u
kellhom lil Ċikku ta’ Peppa, Pawlu t-Tutti, Ċetta, Salvu
(li miet ġuvni ta’ 22 sena) u Kelinu l-Klass. Peppu romol
u reġa’ żżewweġ lil Katerin Busuttil ta’ Faċċeċ u kellhom
lil Ġanna u Marì.
Peppu Zammit, taż‑Żann
(Ritratt ta’ Maria Zammit miżżewġa Debono)
Wiġi żżewweġ lil Ġolina Mizzi ta’ Borom (minn Ħal
Kirkop) u kellhom lil Maria (Mija), Elena, Salvina, Leli
l-Mus (ġuvni) Leonarda (xebba) u Ċikku.
Wiġi, bilwieqfa fuq ix‑xellug, Pawlu id‑Dupow, bi xkora fuq spalltu,
u Karmnu bilqiegħda. L‑aħwa Zammit taż‑Żann.
(Ritratt ta’ Karmenu Busuttil)
Ġanni Zammit, taż‑Żann
Pawlu d-Dupow iżżewweġ lil Pawla Zammit ta’
Tona ta’ Mikiel u kellhom lil Kelina (xebba tal-Mużew),
Evarist, Karmena, Ġanni u Żaren.
Karmnu żżewweġ lil Ġużeppa Zammit ta’ Żeppu u
kellhom lil Rożi, Salvu, Ġanna u Jessie (xebba).
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
137