Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 137

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Rakkonti: Taż‑Żann u Ta’ Tona Il‑Ġurnata tal‑Ħadd Kitba u riċerka ta’ Jinny Cachia Rakkont ta’ Ninu Busuttil Bomm! Bomm! Bomm! Bomm! U l-qanpiena kienet tibqa’ sejra hekk għal xi għoxrin darba. Il-Ħadd imqaddes! Mat-tokk tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu, is- sagristan Karmnu Zammit (iz-Zizu) kien idoqq il-qanpiena tal-knisja li kienet tidwi mar-raħal ta’ Ħal Safi biex in-nies tlesti għall-quddiesa tal-erbgħa. Din kienet issir prinċipalment għall-kaċċaturi u kienet titqaddes min Dun Franġisk Xuereb min- Naxxar li kien ġie Ħal Safi bejn l-1935 u l-1946. Kif kienet id-drawwa dak iż-żmien, il- kappillan kien jiġi mal-familja tiegħu joqgħod fir-raħal. Allura, miegħu ġew ħutu l-bniet; Anni, Karmni, Zolli u Żarena u anke ħuh Dun Viċenz li kien sar Viċi Arċipriet ż-Żurrieq u ħa miegħu lil oħtu Anni. Wara żmienu f’Ħal Safi, il-Kappillan Xuereb kien mar iservi l-Mellieħa. Ħutu l-bniet kienu kollha tal-Mużew u kienu huma li waqqfu l-Mużew f’Ħal Safi. L-ewwel Mużew fetaħ fil-post ta’ Karmnu Abdilla ta’ Pupull, f’numru 20, Triq Santa Marija, fejn illum, f’dan il-post jgħixu Kitty ta’ Mija u Pawlu Vella. Is-Superjura Ġenerali tal-Mużew, Ġannina, flimkien ma’ żewġ ħutha ġuvintur, is-Sur Anġ u s-Sur Karm, kienu ġew minn Raħal Ġdid bħala refuġjati u kienu qagħdu fil- Mużew. Però, fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, id-dar ħaduha l-Ingliżi bħala residenza għall-uffiċjali tar-Royal Tank Regiment. Fil-fatt, sa ftit snin ilu, kien għad hemm miktub fuq il-ħajt biż-żebgħa sewda, b’ittri kbar, THQ (Tanks Head Quarters). Xi nies mir-raħal għadhom jiftakru lil żewg uffiċjali, Bob u Cliff. Tal-ewwel, Bob, kien reġa’ Ir‑Razzett ta’ Pawlu Zammit id‑Dupow, taż‑Żann. (Ritratt ta’ Karmenu Busuttil) ġie Malta wara ħafna snin u meta ġie Ħal Safi dlonk mar iħabbat il-bieb biex iġġedded il-memorji. Wara mar faċċata fil- Blue Star Bar ta’ Wiġi Monreal. Bob reġa’ esperjenza dak iż-żmien Ħal Safi hekk kif iltaqa’ ma’ xi rġiel li kien jafhom bħal Żużu Zammit ta’ Marċjal u Ninu Busuttil tat-Teqqa. Tistgħu timmaġinaw kemm irrakkontaw stejjer li għaddew minnhom! L-Ingliżi kienu jżommu f’Ħal Safi diversi tankijiet kbar tal-gwerra. Taħt iż-żewġ siġriet taż-żebbuġ li kien hemm quddiem id-dar tal-kappillan, kien ikun hemm erba’ tankijiet tat-tip MK11 Matilda u tawhom l-ismijiet ta’ Griffin, Gallant, Faulknor u Greyhound. Biex inkunu semmejna kollox, fuq din id-dar, wara li telquha l-Ingliżi, Karmnu ta’ Pupull (is-sid) kien sellef il-post lill-infermier Gużeppi Busuttil (il-Pi) u l-għarusa tiegħu Maria Busuttil biex jagħmlu r-riċeviment tat- tieġ tagħhom ġo fiha. Lura għall-kaċċaturi. L-irġiel taż-Żann u ta’ Tona (ta’ Mikiel ta’ Ċniepu) kienu dilettanti sew tal-kaċċa. Nhar ta’ Ħadd naturalment ma kinux imorru fir-raba’ jew fl-irziezet (ħlief biex jagħlfu jew jaħilbu skont il- bżonn), allura wara l-kaċċa kienu jiltaqgħu Misraħ San Gużepp. Erħilhom jirrakkontaw, kulħadd jgħid tiegħu; x’raw, x’tajr għadda u x’qabdu. Wara, uħud minnhom kienu jmorru jqaxxru l-leħja u jaqtgħu xagħarhom għand Mażak il-barbier (Pawlu Mangion) li nhar ta’ Ħadd kien jiftaħ sal-għaxra ta’ filgħodu. Wara li spiċċa Mażak, il- ħanut għadda f’idejn in-neputi tiegħu Frenċ Busuttil taċ- Ċali. Naturalment, wara, l-irġiel taż-Żann u ta’ Tona kienu jmorru jieklu u jistrieħu xi siegħa. L-ikel ta’ nhar ta’ Ħadd kien ikun aktar speċjali minn ta’ kuljum - bħal xi turtiera mqarrun il-forn, ravjul tal-ġbejniet, xi fenek jew xi serduq mixwi. Bosta Ħal Safin kienu jitilgħu x-Xarolla, it-triq t’isfel, biex jaħmu fil-forn ta’ Masik. Fil-knisja, il-quddies kien isir filgħodu biss. Però n-nies kienet terġa’ tmur għall-funzjoniet ta’ filgħaxija. U hekk kienu jagħmlu taż-Żann u ta’ Tona. Jirreċtaw ir-rużarju, jisimgħu l-katekiżmu, jagħmlu l-Via Sagra u jirċievu l-barka sagramentali. Miz-zuntier tal-knisja, taż-Żann kienu jimxu erba’ passi u jmorru għand l-unika oħthom, Manann, li kienet miżżewġa lil Manwel Busuttil tal-Ispettur. Kienet toqgħod fil-palazz ta’ żmien il-Kavallieri fejn illum hemm il-każin tal-Partit 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 135