Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 133

Każin Banda San Pawl, Safi li l-maġġoranza kienu bdiewa jew jipprattikaw xi forma ta’ snajja’ oħra. Iżda mbagħad il-popolazzjoni reġgħet bdiet tirkupra wara ċ-ċensiment tal-1851. Infatti sal- 1867 il-popolazzjoni telgħet għal 291 ruħ. Għalkemm fl-1871 din reġgħet naqset għal 264 (128 maskili u 136 femminili). L-istruttura soċjali f’Ħal Safi fl-1851 kif inhi riflessa fiċ-ċensiment li kien sar, insibu li minn popolazzjoni ta’ 233 kellek 60 familja. Minnhom kellek 16.66% li kienu meqjusa bħala nies tat-tajjeb, 41.67% kienu ġejjin minn klassi medja, filwaqt li 41.67% kienu meqjusa bħala nies foqra. 14 L-aktar industrija ippratikata f’raħalna dak iż- żmien kienet l-agrikoltura. F’Ħal Safi madwar is-sena 1877 kellek madwar 318 art kultivabbli biex wieħed ikabbar il-qamħ (60 tomna); maħlut (27 tomna); xgħir (29 tomna); ful, piżelli, fażola, ċiċri u għazz (14-il tomna); qoton (8 tomniet); ġardinaġġ (88 tomna); ġunġlien (6 itmien), kemmun (19-il tomna); patata (4 itmien); għalf għall-bhejjem (63 tomna). Barra minn hekk ir-raħal kellu 52 tomna ta’ raba’ mhux maħdum. Kien hemm ukoll wieħed u għoxrin żiemel, bgħula u ħmir; wieħed u tmenin baqra; tnejn u sittin nagħġa; u għoxrin mogħża. 15 Sal-1881 ma kienx hemm skola primarja f’Ħal Safi. Min ried jibgħat it-tfal l-iskola riedu jmorru l-iskola taż-Żurrieq. Minħabba li t-tfal kellhom jimxu f’temp kiesaħ jew fis-sħana, ħafna kienu jagħżlu li ma jmorrux skola u minflok kienu jippreferu jmorru jgħinu lill-qraba tagħhom fix-xogħol tar-raba’. 16 Est. 1981 Festa 2019 Minħabba numru kbir ta’ faqar li bih kien ikkaraterizzat pajjiżna f’dawk iż-żminijiet, kien hawn diversi tipi ta’ epidemiji qerrieda. Fost dawn insemmu l-ġidri u l-kolera. Il-poplu ta’ Ħal Safi kien milqut minn dawn l-epidemiji u infatti fl-1865 mietu madwar 14-il persuna, 17 bl- influwenza u l-kolera li laqtu lill-gżejjer Maltin. Il-livell baxx ta’ saħħa u l-ftit sanità u mediċini ma tantx kienu effettivi u mhux kulħadd kellu l-mezzi biex jixtrihom, u huma riflessi fl-imwiet fost il-popolazzjoni, speċjalment dawk ta’ età żgħira u trabi. Referenzi ACM, CEM, Conc.fasc.18, 213r Ibid, 198r-v 3 Act. Civ. CVCVIII (1839-1840), 175 4 Malta Blu Book 1840, 196 5 “… Una statua rappresentante S. Paolo in atto di predicare – 300 “ ACM, CEM, Conc.29, fasc.40, 378v 6 ANM, Atti tan-Nutar M. Troisi (1842), Numru 61/460. 7 J. Bezzina, “L-istorja tal-Knisja f’Malta”,Malta 2002, 214 8 AAM, Inventario 1842-1849, fasc 24,373. 9 “… una statua di legno rappresentante S. Paolo Apostolo” Ibid, 372v 10 Copies of Extracts of Reports of the Commissioners appointed to Inquire into the Affairs of the Islands of Malta, Part III (London, 1839), 320 11 Blue Book Malta, 1840 12 Blue Books Malta, 1851 13 Blue Books Malta, 1852 14 A.Giglio, Comments and Tables of the Population of Malta 1851, 35 15 Blue Book Malta, 1877 16 Blue Book Malta, 1881 1 2 17 Ghio, Cholera in Malta in the year 1865 (Malta, 1867), 9 Camilleri Marble Works Ltd For all kinds of Marble & Granite Works, Staircases, Monuments, etc. Moderate Prices Factory & Showroom: Tarxien Road, Gudja Tel: 2169 6571 – Mobile: Lawrence 9946 8711, Edward 79057782 email: [email protected] 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 131