Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 131

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Ħal Safi matul il‑parrokkat tal‑Kappillan Dun Ġwann Caruana (1840‑1881) minn Dorian Baldacchino Bix-xieraq li għaċ-ċelebrazzjoni tal-175 sena mill-miġja tal-vara artistika ta’ San Pawl predikatur ġewwa r-raħal, infakkru l-ħajja u l-ħidma ta’ Dun Ġwann Caruana li ħadem bis-sħiħ sabiex din il-kummissjoni artistika tasal fir-raħal. L-għan ta’ dan l-artiklu hu li jagħti ħarsa lejn ħidmet Dun Ġwann Caruana u l-ħajja soċjali tal-Ħal Safin matul il-parrokkat tiegħu. Nhar it-12 ta’ Jannar 1881 miet il- Kappillan Dun Ġwann Caruana fl-età ta’ tlieta u sebgħin sena. Hu ġie midfun ġewwa l-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi. Qabel sar kappillan ta’ raħalna għamel sentejn u nofs Viċi Kappillan tas-Siġġiewi u erba’ snin u nofs Viċi Kurat tal-Qrendi (1836-1840). Kien fi żmienu meta saret il-vara ta’ Santa Marija tal-Qrendi xogħol Antonio Chircop li ġiet tiswa madwar 500 skud. 1 Dun Ġwann inħatar kappillan ta’ raħalna nhar it-12 ta’ Lulju 1840 meta kellu madwar 32 sena. Dawk iż- żminijiet, skont it-tradizzjoni tal-Konċilju ta’ Trentu, il-ħatra tal-kappillan kienet tkun ibbażata permezz ta’ konkors li kien iseħħ fil-kurja tal-arċisqof quddiem tmien eżaminaturi. Waqt dan l-eżami kull kandidat kien ikun mitlub sabiex iwieġeb bil-miktub tliet mistoqsijiet dwar każijiet marbutin mal-moralità, joffri spjega dwar silta meħuda mill-konċilju ta’ Trentu, u fl-aħħar parti l-kandidat kellu jippreżenta spjegazzjoni tal-Evanġelju ta’ wieħed mill-Ħdud ta’ matul is-sena. Id-digriet għall- ħatra tal-kappillan il-ġdid ta’ raħalna ħareġ fis-16 ta’ Marzu 1840 mill-Isqof Franġisku Saverio Caruana, wara li Dun Salv Schembri kien irriżenja u laħaq Dun Indrì Camilleri bħala Vigarju Kurat ta’ din il-parroċċa. Għal dan il-konkors resqu disa’ konkorrenti. Il-konkors kien sar fis-26 ta’ Marzu 1840. 2 Is-segretarjat Ingliż tal- gvern kien approva, fit-2 ta’ Lulju 1840, in-nomina ta’ Dun Ġwann Caruana. 3 Iċ-ċerimonja tal-pussess saret fit- 12 ta’ Lulju tal-istess sena fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi. Dak iż-żmien ir-raħal kien jgħodd madwar 219-il ruħ. Bħala mexxej spiritwali ta’ din il-parroċċa il-valur tal-għajxien tiegħu kien jammonta għal £7.10 kull sena. 4 Tletin skud minnhom kienu ġejjin mill-ewwel frott mingħand il-bdiewa tar-raħal stess, kif kienu obbligati jagħmlu. Tajjeb wieħed isemmi li waqt li kien għadu kappillan ta’ raħalna, fl-1853, Dun Ġwann Caruana kien ħa sehem ukoll fil-konkors sabiex jieħu l-pussess tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Dan il-fatt interessanti għalina għaliex l-istess kandidat, fis-sezzjoni tal-merti personali, isemmi d-diversi xogħlijiet u ħidmiet pastorali li għamel ġo raħalna. Fost dawn ix- xogħlijiet insibu referenza għall-istatwa ta’ San Pawl fil-waqt tal-predikazzjoni, li ġiet tiswa 300 skud. 5 Hawnhekk jista’ jkun żball ta’ Dun Ġwann stess minħabba li skont il-kuntratt fl-4 t’Ottubru 1842 għand in-Nutar Massimiliano Troisi, l-istatwa flimkien mal-bradella u l-pedestall kellha tiġi tiswa 250 skudi. 6 Matul dan il-parrokkat twil, li dam wieħed u erbgħin sena, il-gżejjer Maltin raw għaxar gvernaturi rappreżentanti tal-Kuruna Ingliża u erba’ isqfijiet tad-djoċesi. Kien ukoll f’dan iż-żmien (1864) fejn twaqqfet id-djoċesi ta’ Għawdex, fejn il-knisja matriċi ta’ Santa Marija ntgħażlet biex isservi bħala Katidral ta’ din id-djoċesi. Mikiel Franġisk Buttiġieġ kien l-ewwel isqof elett ta’ Għawdex. 7 Sa nofs is-seklu dsatax il-parroċċa tagħna kellha żewġ qassisin oħra jgħinu lil Dun Ġwann fl-amministrazzjoni tal-parroċċa. Dawn kienu Don Lazarus u Don Aloysus. Il- parroċċa kienet tiċċelebra sitt festi u tmien purċissjonijiet li kienu: Il-konverżjoni ta’ San Pawl, tar-Rużarju, San Ġużepp, Santu Kruċ, Tal-Karmnu, Corpus, it-tielet Ħadd tax-xahar, u l-ewwel Ħadd tax-xahar. 8 Fl-aħħar tnejn kienet issir purċissjoni biss. Minn dawn il-purċissjonijiet tlieta biss għadhom issiru preżentament. L-istatwa ta’ San Pawl, li saret fi żmien Dun Ġwann, tissemma għall- ewwel darba fl-inventarju tal-1842-49 bħala parti mill- vista pastorali tal-Isqof Publius Maria Sant. 9 Il-qagħda soċjali f’Ħal Safi qabel il-wasla ta’ Dun Ġwann tinsab fir-rapport tal-1837. Fih insibu li dan ir- raħal kien ikkaratterizzat minn żewġ qassisin, benestant wieħed, żewġ ħaddiema impjegati mal-gvern, persuna waħda biss kienet propjetarja tar-raba’ li taħdem, sittax- il persuna kellhom ir-raba’ mikri għandhom, żewġ persuni kienu sidien ta’ ħwienet, baħri wieħed, u sittax- il ħaddiem, xi wħud minnhom kienu jaħdmu fil-qasam tal-agrikoltura. Dan kien l-ambjent li sab Dun Ġwann meta sar kappillan ta’ raħalna. 10 Fl-1840, fl-ewwel sena tal-parrokkat ta’ Dun Ġwann, li kien kappillan ta’ din il-parroċċa mill-1840 sal-1881, il-popolazzjoni ta’ Ħal Safi kienet 219-il ruħ. 11 Sal-ewwel ħdax-il sena (1840- 1851) il-popolazzjoni żdiedet għal 285 ruħ. 12 Iżda din il-popolazzjoni naqset drastikament fl-1852 għal 242. 13 Tajjeb wieħed isemmi li minn din il-popolazzjoni tlieta biss kienu jafu jiktbu, jaqraw, u jitkellmu bl-Ingliż. B’hekk jirrifletti l-livell baxx ta’ edukazzjoni minħabba 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 129