Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 127

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 Passi & Beyond: Albanija Alexis Callus u Joanna Abdilla “Ma negħjew qatt nagħmlu l-ġid.” [Gal 6:9] San Pawl minn dejjem kien ta’ spirazzjoni għalina; kliemu jsaħħu l-mixja ta’ ħajjitna. Matul il-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena ngħaqadna ma’ grupp ta’ volontiera mmexxija mill-NGO Passi & Beyond bl-iskop li nwettqu xogħol volontarju fl-Albanija. Fl-Albanija qattajna jiem nassistu komunità missjunarja li toffri servizz lil tfal abbandunati jew foqra, kif ukoll familji fil-bżonn. Sajjarna għal madwar 100 persuna, u wara żorna diversi familji foqra, emarġinati u anke fiżikament imbiegħda miċ-ċentri tal-bliet. Tellajna diversi materjal edukattiv magħna u żejjinna xi klassijiet li jintużaw minn dawn it-tfal. Esperjenza sabiħa ħafna kienet fir-raħal ta’ Peqin (tinqara Peċin). Fis-sempliċità u fil-faqar tal-post ingħatajna l-isbaħ lezzjoni fil-ħajja; l-apprezzament u t-tama. Diffiċli nispjegaw fi ftit kliem, iżda hemm sibna l-paċi f’qalbna, u nsejna għalkollox li konna qed nagħmlu disat ijiem ta’ festi reqdin fuq kutra mal-art. Ħassejna li hemm konna qed nagħmlu differenza. L-esperjenza laqqgħatna ma’ grupp ta’ Maltin formidabbli li magħhom qattajna mumenti kemm sbieħ u ta’ tensjoni. Huma kienu barka għalina f’dawk il-jiem u m’aħna ser ninsewhom qatt. Melanie Scicluna, Michael Azzopardi, Joseph u Eleanor Zahra, Maria Mifsud, Aileen Agius u Mauro Cassar. Fil-memorja jibqgħu wkoll il-missjunarji Albaniżi li qed jiddedikaw ħajjithom għal dawn il-persuni. Inżommuhom fit-talb tagħna. L-esperjenza aħħarija kienet waħda ferm differenti minn dik li stennejna. Ta’ min ngħidu li l-għaqda Passi & Beyond hija ferm organizzata u mexxew il-proċess kollu bi professjonalità kbira f’kull ħin. Nappellaw lil kull min jitħajjar jagħmel esperjenza simili li jikkunsidra jagħmel dan magħhom. Il‑Pont Golik (Pogradeč, Albanija) “…bil‑qawwa tas‑sinjali u l‑mirakli, bil‑qawwa ta’ l‑Ispirtu ta’ Alla. Hekk permezz tiegħi seħħ ix‑xandir ta’ l‑Evanġelju ta’ Kristu minn Ġerusalemm u l‑inħawi ta’ madwarha sal‑Illirja. [Rum 15:19] F’din l‑ittra lir‑Rumani San Pawl jagħmel riferiment għall‑Illirja, li fi żmien l‑Appostlu Pawlu kienet tinkludi wkoll it‑territorju tal‑Albanija tal‑lum. San Pawl, bħal bosta persuni illustri oħra tal‑imgħoddi bħal Cesri u Napuljun, qasam dan il‑pont waqt il‑missjoni ta’ evanġelizzazzjoni tal‑Lvant tal‑Ewropa. (Ritratt ta’ Aileen Agius) 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 125