Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 123
Każin Banda San Pawl, Safi
l-poeżija mill-Malti għall-Franċiż. Ħdimt ma’ diversi
poeti u kittieba, fosthom Clare Azzopardi, Adrian Grima,
Antoine Cassar, John Aquilina, John Portelli, u Norbert
Bugeja.
L-ewwel poeżija ktibtha meta kelli xi tmintax-il sena
imma mbagħad ma bqajtx nikteb b’mod regolari. Il-liġwa
għall-kitba tal-poeżija nibtet mill-ġdid mit-traduzzjoni
letterarja. Il-fatt li kont dejjem qed nilgħab bil-kliem
ħeġġiġni nkompli nesperimenta biex insib il-vuċi tiegħi.
Il-kitba qatt ma kienet l-unika attività f’ħajti. Għandi
ħafna xogħlijiet oħra li nħobb nagħmel ħafna. Qatt ma
nisforza ruħi biex nikteb. Meta nħoss il-bżonn u l-ħerqa,
nikteb, meta ma nħosshiex, ma niktibx u ma tkunx
waqgħet id-dinja.
Xi spira Bejn Baħar u Baħar? Ma taħsibx illi kxift
wisq memoriji intimi fi ftit kliem?
Issa jien iktar milll-ispirazzjoni, mill-esperjenza
tiegħi, iktar nista’ nitkellem fuq emozzjoni. Emozzjoni
li tiġi minn ġewwa bħala reazzjoni ta’ esperjenza, ta’ xi
ħaġa li nkun għext, li għex ħaddiehor u li tkun missitni
ħafna. Bejn Baħar u Baħar hija kollezzjoni ta’ dawn
l-esperjenzi. Ovvjament dawn l-aħħar għoxrin sena,
ġejja u sejra bejn Malta u Franza u issa għext l-istess
ammont ta’ żmien kemm Malta u kemm Franza. Il-fatt
li ngħix bejn hawn u hemm iħalli das-sentiment li la jien
kompletament Maltija u lanqas kompletament Franċiża…
u fl-istess ħin jien it-tnejn li huma. Bla ebda dubju li
dan kollu jinħass fix-xogħol tiegħi… bħad-distanza, in-
nuqqas, il-firda kontinwa… Però l-ewwel u qabel kollox
Festa 2019
naħseb li l-kitba influwenzata wkoll mill-vjaġġ intern fis-
sens ta’ kemm tgħallimt u kemm kbirt matul das-snin…
U għad fadalli ħafna x’nikber u nitgħallem. Dal-proċess
ovvjament huwa fih innifsu influwenzat mill-esperjenzi
esterni, il-laqgħat ma’ nies u persuni… l-ispazji li ngħix
fihom, pajjiżi li dort eċċ.
Importanti wkoll li nżommu f’moħħna li l-kitba
hija forma ta’ kreattività u allura ma narahiex bħal qisu
qed nikxef xi ħaġa sigrieta. L-ewwel nett din mhijiex
awtobijografija imma għadd ta’ ħsibijiet, mumenti. Ejja
ngħidu traduzzjoni bil-kliem ta’ ritratti ta’ mumenti li
mhux bilfors għexthom jien.
X’hemm ippjanat issa? X’effett tixtieq tħalli bil-
kitba tiegħek? X’messaġġ għandek għal dawk li
jispiraw ruħhom bil-kitba tiegħek?
L-ewwel nett ksibt fondi mill-Kunsill tal-Arti ta’
Malta għat-traduzzjoni u l-ktieb kollu qed jinqaleb għat-
Taljan u se jiġi ppubblikat l-Italja lejn l-aħħar ta’ dis-
sena. Barra minn hekk qlibt kollox jien għall-Franċiż u
se nibda nfittex pubblikatur… u qed inkompli nikteb ftit
ftit.
Il-messaġġ prinċipali huwa, aqraw u komplu aqraw
għax il-qari jgħinna nkomplu noħolmu u nitgħallmu.
Ħafna nies jaħsbu li l-poeżija hija antikwata, kumplikata,
u tad-dwejjaq. Fil-verità fil-qasam tal-kitba tal-poeżija,
hemm post għal kull stil biex jolqot lil nies li għandhom
sensibbiltajiet differenti. Jien personalement naħseb
li teżisti poeżija aċċessibbli għal qarrejja li s-soltu
mhumiex midħla tal-poeżija.
“Ktieb-ġawhra, debutt eleganti:
Bejn Baħar u Baħar, ta’ Elizabeth Grech.”
Fi kliem Clare Azzopardi: “Xi drabi, dawn il-poeżiji huma kalmi, siekta
u saħansitra nebbiexa. Drabi oħra mqallba u mnikkta. Bħall-baħar.
Fihom nixtieq nogħdos u nibqa’.”
Inbill is-swaba’ ta’ saqajja
fik
u int,
tbaħbaħli ħsibijieti,
tlaħlaħli dmijieti.
Nixxaħxaħ fik
u niled
il-ġwienaħ
f’dahri.
Mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn hawn,
b’pustaġġ b’xejn lejn Malta u Għawdex: https://merlinpublishers.com/
product/bejn-bahar-u-bahar/
Disinn tal-qoxra: Pierre Portelli
Żur: http://unemeretlautre.com/bejn-bahar-u-bahar/
Qoxra tal‑ktieb Bejn Baħar u Baħar, ta’
Elizabeth Grech
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
121