Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 115
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Pawlu l‑Għalliem
minn Joe Chetcuti
Żgur li għalina l-Maltin, kif kienet
għall-Kattoliċi f’kull naħa tad-dinja, is-
Sena Pawlina ma servietx biss sabiex
nitgħallmu aktar fuq San Pawl. Permezz
tal-ħajja u t-tagħlim ta’ San Pawl, tħeġiġna
sabiex bħalu nkunu sħaħ fil-fidi tagħna
u f’dak li Kristu, li għalih kien lest biex
isofri u jiffaċċja kull tfixkil u tbatija biex
jibqa’ fidil lejh, xandar lill-oħrajn. Dan
mhux dejjem faċli f’dinja li qed kulma
jmur twarrab lil Kristu u t-tagħlim tiegħu.
Jekk kien hemm xi ħaġa li San Pawl jgħallimna hija
li mill-konverżjoni tiegħu ’l quddiem huwa ma ħalla
assolutament xejn u lil ħadd jifirdu minn Kristu u mill-
imħabba tiegħu lejh. Bir-raġun seta’ jikteb, “Min se
jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? It-taħbit, id-dwejjaq,
il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, it-tiġrib, ix-xabla?”
[Rum8:35] “Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la
l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la
setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħlieqa oħra
ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi
Kristu Ġesù Sidna.” [Rum8:38-39]
Dan huwa l-veru għalliem li l-Knisja poġġiet
quddiemna matul is-sena Pawlina li lkoll flimkien
iċċelebrajna. Għalliem li jimliena bil-kuraġġ sabiex
f’dinja li qed twarrab u teħodha kontra Kristu u
tagħmlilna ħajjitna tant diffiċli, ma nistgħux naqtgħu
qalbna u nibżgħu jew nitilfu l-kuraġġ quddiem id-
diffikultajiet għall-fidi tagħna.
Bħal Pawlu rridu nkunu nies ta’ rieda liema bħalha,
qawwija u ta’ kuraġġ kbir u ma nħallu lil ħadd jifridna
u jbegħedna minn Kristu u t-tagħlim li huwa għallimna.
Għall-kuntrarju, bħal Pawlu, bil-kuraġġ, irridu nkunu
nies li lesti naffrontaw kull sfida u kull
diffikultà li nistgħu niltaqgħu magħha fil-
ħajja.
Meta l-Mulej Ġesù kien deher lil
Ħananija u bagħtu sabiex jgħammed lil
Sawlu li kien għadu kif ikkonverta fit-
triq lejn Damasku, fost ħwejjeġ oħra
qallu, “Mur, għax dan ir-raġel hu għodda
magħżula minni biex iwassal ismi quddiem
il-ġnus u s-slaten u quddiem ulied Iżrael.
Jien stess għad nurih kemm irid ibati
minħabba f’ismi.” [Att9 15-16]
Dina il-lezzjoni ta’ tbatija u tas-sagrifiċċju, San
Pawl tgħallimha sewwa. Huwa wasal sabiex jifhem
personalment il-qawwa li għandu s-salib sabiex isalva
lill-bnedmin u aċċetta f’qalbu kollha li jieħu sehem fit-
tbatijiet ta’ Kristu u li joffri ruħu bħala vittma għalih.
Infatti fl-ittra lill-Kolossin kiteb, “Jien issa nifraħ bit-
tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena
ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-
ġisem tiegħu li hu l-Knisja.”
Kristu darba stqarr hekk, “U meta nintrefa’ ’l fuq mill-
art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.” [Ġw:12:32]
L-Evanġelista jfisser dawn il-kelmiet, u huwa qal
dawn sabiex jurihom b’liema mewt kien sejjer imut. Bit-
tbatija u l-mewt tiegħu l-Mulej ġibed lejh il-bnedmin u
kisbilhom is-salvazzjoni. Fuq l-eżempju tal-imgħallem
tiegħu San Pawl mexa fit-triq tas-salib u nqeda bit-tbatija
sabiex isalva l-erwieħ.
Jalla l-festa ta’ din is-sena tkompli ġġegħelna
nirriflettu iktar dwar il-fidi li ġabilna l-ikbar Appostlu
tal-Ġnus – San Pawl Missierna.
Wie˙ed mill-iskopijiet tal-festa
hu li naraw fiex a˙na
f’din il-lealtà tag˙na
lejn it-tag˙lim ta’ San Pawl
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
113